1. Il-Quddies u l-Funzjonijiet tas-Santwarju :
Tistgħu issegwuh minn fuq il-Facebook Page tal-Parroċċa.
Iktbu “Parroċċa Franġiskana Santwarju Madonna Sacro Cuor”.
2. Il-Ħadd 19 ta’ Diċembru : 9.30am Tberik tal-Bambini.
11.00am Se ssir il-Purċissjoni bil-Bambin miċ-Ċentru Parrokkjali sal-Knisja akkumpanjat mill-Banda Sliema.
Kulħadd hu mistieden biex wara ħafna stennija, nistgħu nerġgħu nagħtu MERĦBA fostna lil Ġesu’ Bambin.
Grazzi lil Banda Sliema tal-inizzjattiva.
3. Fl-Avvent inkomplu niġbru oġġetti tal-ikel u tat-tindif għal min hu fil-bżonn. U napprezzaw il-Ponzietti li qed tirregalaw lil knisja. Grazzi tal-ġenerożita’.
4. L-Erbgħa 22 ta’ Diċembru :
Il-Kumm. Parr. Anzjani se torganizza “Christmas Lunch” fl-Imperial Home.
9.30am Quddiesa, Cafe’, Tombla u Ikel. Prezz 15 euro.
Min jixtieq jattendi, ikellem lil membru tal-Kummissjoni mhux aktar tard mit-Tnejn 20 ta’ Dicembru.
Niltaqghu fid-9.15am fir-Reception.
5. Il-Komunita’ Parrokkjali tifraħ lil Patri Ġwann Xerri O.P. : Iben il-Parroċċa tagħna li ġie rikonoxxut f’Jum ir-Repubblika tax-xogħol tiegħu fil-Missjoni fil-Brażil.
Iddefenda d-drittijiet tal-emarġinati. Miet ftit ilu bil-Covid.
Nifirħu lil familja tiegħu.
6. Il-Ġimgħa 24 ta’ Diċembru : Lejliet il-Milied.
6.00pm Quddiesa.
9.30pm Velja.
10.00pm Quddiesa ta’ bil-lejl bil-Priedka Tradizzjonali tat-Tfal.
7. Is-Sibt 25 ta’ Diċembru : Quddies ikun bħal Ħadd.
8. Il-Ħadd 26 ta’ Diċembru : Festa tal-Familja Mqaddsa.
9.30am Quddies u Barka lill-Familji preżenti.
9. Il-Fondazzjoni u l-Għaqda Volontarja “Ħbieb tas-Santwarju” : Tirringrazzja lil benefatturi kollha u tawgura l-Festi t-Tajba għall-Milied Ħieni u Sena Ġdida mimlija hena, risq u barkiet mis-Sema.
10. Il-Fondazzjoni tirringrazzja lil numru sabih ta’ Parruċċani :
Li diġà impenjaw ruħhom li joffru 1 Ewro fil-ġimgħa għall-manutenzjoni tas-Santwarju.
S’issa nġabret is-somma ta’ 140 Ewro.
Id-Donazzjonijiet jintefgħu fil-Kaxxi tal-Fondazzjoni.
Il-Mulej jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm Kappillan/Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.