NEMMNU U NAFDAW FIH
Gheziez,
Kemm il-darba smajna u lissinna l-frazi ‘Min jistenna jithenna’.  Izda meta nigu biex nistennew xi grazzja minnghand Alla bhal donnu li din il-frazi ninsewha kompletament.  Irridu kollox malajr u m’ghandniex pacenzja nistennew.
Tul il-mixja tal-hajja taghna ta’ spiss ikollna bzonn niehdu decizzjonijiet important.  Xi drabi dawn ikunu ta’ certa mportanza li jgeghluna ta’ bilfors niddecidu fejn se mmorru, liema triq se niehdu.  Jekk nippruvaw nitilqu ghal rasna minghajr ma nfittxu l-ghajnuna t’Alla, it-triq li niehdu tista’ issarraf f’dieqa u ta’ qsim il-qalb.  Ghalkemm il-Mulej Alla hu dejjem lest li jidderigina fit-triq it-tajba, kultant din id-direzzjoni ma jaghtihielniex fil-pront kif nippretendu ahna.  Hu jkollu raguni ghal dan kollu izda ahna ma nkunux nafu x’inhi.  Kultant ukoll din l-istennija tista’ thallina fi stat ta’ konfuzjoni u ncertezza. Dan japplika wkoll ghal meta nitolbu xi grazzji li ghandha bzonn.
Qatt hsiebna ghaliex il-Mulej ihallina nistennew?  Dan jaghmlu biex jattira l-attenzjoni taghna.  Meta kollox ikun miexi sew u ghaddejjin hajja trankwilla, facilment inwarrbuH ghal kollox.  Izda l-incertezza fil-hajja taghna iggieghlna nduru lejH.  Meta nimxu mal-passi Tieghu u nhallu l-Ispirtu Qaddis jahdem fina, ahna nkunu nistghu nifthu widnejjna halli nisimaw lehnu.
Ghalhekk, iz-zmien ta’ stennija huwa z-zmien li fih Alla jkun qed jahdem biex iwitti t-triq ghalina skond ir-rieda Tieghu.  Ikun qieghed ukoll isawwarna qabel ma nkunu pronti biex nghaddu minn dak li ‘l Mulej hejja ghalina.  L-istennija hija wkoll mezz biex nikbru spiritwalment u fil-fidi taghna.  Il-maturita fil-fidi ssir evidenti meta nkunu kapaci nistennew b’kunfidenza shiha f’Alla li se jurina it-triq ‘in his own good time’.  Jekk, ghal kuntrarju, ma jkollniex is-sabar li nistennew u allura naghmlu dak li jfettlilna minghajr ma nhallu Lilu jahdem sakemm iwassalna ghad-direzzjoni t-tajba, nistghu nitilfu l-paci u s-serenita.  B’hekk nidhlu f’konfuzzjoni  u ansjeta zejda.  Nistaw ukoll nibirdu jew nitilfu l-fidi.
Tul din l-istennjia irridu nkomplu nitolbu b’fervur u b’tama shiha li l-Mulej se jaghtina zgur dak kollu li verament ghandna bzonn ghal gid taghna.  Kif jghid dan il-vers (Srk 2:60) “Afda fil-Mulej u jieqaf mieghek, zomm triqatek dritti u ittama fiH”.  Ghalhekk b’din il-konvinzjoni ejjew naghmlu dan l-Att ta’ Tama:
Gesu ahna nittamaw fik, ghaliex inti Alla taghna u lilna hlaqtna ghas-sema.
Nittamaw fik, ghaliex int benefattur taghna. Kull ma ghandna rcivejnih mill-hniena u t-tjubija tieghek.
Nittamaw fik ghaliex int is-Salvatur taghna.
Nittamaw fik ghaliex int Huna u lilna u lil hutna l-bnedmin ghamiltna wlied Alla.
Nittamaw fik ghaliex int l-Avukat taghna li tiddefendina quddiem il-Missier.
Nittamaw fik ghaliex int tintercedi l-hin kollu ghalnja mis-Sagrament tal-Ewkaristija.
Nittamaw fik ghaliex Int bil-passjoni u l-mewt tieghek irbaht ghalina s-sema.
Nittamaw fik ghaliex int thallas ghad-dejn taghna.
Nittamaw fik ghaliex int it-tezor veru tal-bnedmin.
Nittamaw fik ghaliex int tant twajjeb u hanin li tghidilna li anke  jekk jisthoqilna l-piena tal-infern ghandna nibqghu nafdaw fik.
Nittamaw fik ghaliex dejjem tistenniena u tikkonslana u qatt ma ccahhadni mit-tama taghna fik.
Qalb Imqaddsa ta’ Gesu ahna nafdaw fik.
Cecilia Attard, OFS