Gheziez huti Frangiskani,
Dan l-ahhar kelli cans naqra ftit mhux hazin xi kitbiet ta’ Terry Modica, direttrici biezla hafna tal-Good News Ministries. Terry twieldet fi hdan familja protestanta. Fil- fatt, missierha , li miet dan l-ahhar, kien ukoll “minister”. Terry ikkonvertit ghar-religjon kattolika wara li ssahhret wara s-sagrament ghaziz ta’ l-Ewkaristija.
Hi kitbet ktieb ta’ tletin kapitlu shah jismu ’30 Days to the Father’s Heart’ fuq min hu Alla l-Missier u ghalkemm ghadha ma ppublikatux tatna opportunita li naqrawh permezz tal-messaggi li hi tibghat bl-internet.
Jien miniex kapaci nikteb dak it-taghlim kollu li kitbet hi pero ser nghaddilkom ftit hsibijiet tieghi dwar min hu Alla l-Missier sabiex insiru aktar konxji Tieghu u meta jkollna ftit hin liberu noqoghdu nahsbu ftit fiH.
Normalment ahna ftit nahsbu f’Alla l-Missier ghax nikkoncentraw fuq Sidna Gesu’ Kristu u wiehed jista’ jifhem ghaliex, ghax Hu twieled ghalina, sar bniedem bhalna f’kollox barra mid-dnub u ghalhekk nhossuh aktar qrib taghna.
Meta niftakar f’Alla l-Missier l-ewwel haga li tigini f’mohhi hi il-gmiel ta’ holqien li hu halaq ghalina. Anke fl-istqarrija taghna tal-fidi, fil-kredu, l-ewwel haga li nghidu hi li nemmnu f’Alla wiehed li halaq is-sema u l-art u naturalment kull ma fihom jinsab. Ghalhekk meta jiena nitpaxxa bil-gmiel tal-holqien ma nistax ma nfahharx lil Alla ghall-kobor Tieghu. Il- bniedem jitghaxxaq b’dak kollu li halaq Alla fl-univers, fid-dinja mzewqa bil-gmiel tal-hlejjaq, bil-hut fil-bahar, fl-ghasafar ta’ l-ajru u f’tant affarijiet ohra li toffrilna n-natura.
Nghaddu ghat-tieni hsieb. Meta nahseb f’Alla l-Missier ma nistax ma niftakarx fil-provvidenza Tieghu. Meta kont ghadni tifel l-bicca l-kbira tal-familji kienu jiddependu fil-hidma tal-missier ghall-ghixien taghhom. Il-missier kien il- ‘breadwinner’. Hu kien imur ghax-xoghol biex igib lill-familija l-hobza ta’ kuljum. U mhux l-istess jaghmel maghna Alla l-Missier. Mhux Hu jipprovdilna l-hajja u dak kollu li ghandna bzonn biex nibqghu hajjin. Anke Gesu innifsu meta ghallimna t- talba sabiha u ghaziza tal-Missierna jghidilna biex nitolbuH ” Hobzna ta’ kuljum, Aghtina llum”.
Ma nistax nahseb fuq Alla l-Missier u ma nahsibx fl-imhabba infinita li ghandu ghalina l-bnedmin. Alla l-imbierek Hu l-istess imhabba. Sa mill-bidu nett tal-holqien naraw l-imhabba kbira li ghandu ghalina meta halaqna xbieha Tieghu. Taghna ruh li bhalu hija eterna. Anke meta il-bniedem dineb fil-gnien ta’ l-Eden Alla jhenn ghalih u jweghdu is-salvatur li kellu jitwieled minn dik li kellha tirfes ras il-qerried, ix-xitan. Tant habbna li sahansitra baghat lil Ibnu l-ghaziz, Sidna Gesu’ Kristu, sabiex bit-tbatija u l-mewt Tieghu jifdina mill-jasar tad-dnub u jifthilna berah il-bieb tas-salvazzjoni. X’imhabba bla qies hux?
Lil Alla l-Missier naraH ukoll bhala imhallef gust taghna l-bnedmin. Meta nghaddu minn din il-hajja ghal hajja ohra ser insibu lil Alla l-Missier jistennina biex jaghmel haqq minna . U kif ser nsibuH jistenniena? Jekk ahna nkunu ghexna hajja xierqa ta’ nsara li ahna ser insibuH b’dirghajh miftuha jghannaqna mieghU u jaghtina l-premju li nkunu hdimna ghalih – il-hajja ta’ dejjem, hajja ta’ ferh u hena li ma tintemm qatt.
Ghalhekk huti nahsbu ta’ sikwiet f’Missierna li jinsab jistenniena fis-sema u nsellmulu sikwiet bit-talba sabiha tal- Missierna.
Insellmilkom u nixtieqilkom paci u sliem.
Joe Debonio ofs
0 Comments