NIFTĦU BERAĦ IL-BIBIEN TAL-KNISJA!
1. Il-Ħadd 18 ta’ April : MERĦBA lil kulħadd mill-ġdid fis-Santwarju tagħna. Wara l-Quddiesa tal-11.00am ser ikollna fostna Żewġ Mużiċisti mit-Tejatru Sależjan li ser jerġgħu idoqqulna biċċiet ta’ Mużika Klassika.
2. It-Tlieta 20 ta’ April : 4.00pm L-Ewwel Qrara fil-Knisja tagħna għat-Tfal li f’Mejju ser jirċievu l-Ewwel Tqarbina.
3. L-Erbgħa 21 ta’ April : 6.00pm Ninġabru għan-Novena tal-Madonna tas-Sacro Cuor.
Filgħaxija, aħna l-Patrijiet ikollna l-‘Fraternity Night’.
4. Il-Ħamis 22 ta’ April : 6.00pm Ninġabru għall-Adorazzjoni Komunitarja. 7.30pm Inkomplu bil-Kors ta’ Kana.
5. Is-Sibt 24 ta’ April : 9.00am sa 12.00pm Il-Provinċja Franġiskana se tkun fis-Santwarju tagħna għall-Irtir tax-xahar li norganizzaw flimkien kull xahar.
6. Il-Quddies u l-Funzjonijiet : Se jibqgħu xorta jixxandru permezz tal-Webcam.
7. Inħeġġeġ lil-Ġenituri tat-Tfal : Li fit-30 ta’ Mejju ser jersqu għal-Ewwel Tqarbina biex jimxu maċ-Ċirkulari li bagħtnielhom, josservaw l-attivitajiet u jwieġbu lill-Katekisti meta jirċievu l-lezzjonijiet, u jaraw li uliedhom isegwu l-lezzjonijiet.
8. Il-Morda u l-Anzjani fi djarhom : Qed nilħquhom għall-Qrar u t-Tqarbin meta huma jagħmlu appuntament magħna.
9. Nirringrazzjaw lil ħafna Voluntiera : Li fi żmien il-Covid komplew jagħtu s-sehem tagħhom fil-Knisja u fil-Kunvent. Apprezzajna ferm kull donazzjoni li għaddejtulna.
10. Il-Lift tas-Santwarju jinsab il-kunvent : Jonqos biss li jkun installat.
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan / Gwardjan
TED: 2131 3505 / 7953 7719.