ĦNIENA DIVINA
1. Il-Ħadd 11 ta’ April : 6.00pm Insegwu fuq il-Webcam il-Kurunella tal-Ħniena Divina.
2. It-Tnejn 12 ta’ April : Jerġgħu jibdew jintbagħtu l-Lezzjonijiet tal-Katekiżmu bil-Power Points. Il-Ġenituri huma responsabbli li jwieġbu lill-Katekisti meta jirċievu l-lezzjonijiet u jaraw li uliedhom isegwu l-lezzjonijiet.
3. L-Erbgħa 14 ta’ April : 6.00pm nerġgħu nibdew in-Novena tal-Madonna tas-Sacro Cuor. Nistgħu insegwu mill-Webcam.
4. Il-Ħamis 15 ta’ April : 7.30pm Il-Parroċċa tagħna ser torganizza Kors ta’ Kana ieħor ‘online’ għal lingwa Ingliża.
Nitolbu għal koppji.
5. Il-Ħadd 18 ta’ April : Il-Knejjes ser jerġgħu jinfetħu għall-pubbliku. Wara l-Quddiesa tal-11.00am ser ikollna fostna Żewġ Mużiċisti mit-Tejatru Sależjan li ser jerġgħu idoqqulna biċċiet ta’ Mużika Klassika.
6. Il-Ġenituri tat-Tfal li fit-30 ta’ Mejju ser jersqu għas-Sagrament tal-Ewwel Tqarbina : Mal-lezzjoni ser jirċievu wkoll Ċirkulari importanti b’dettalji dwar attivitajiet li ser norganizzaw għalihom fil-ġimgħat li ġejjin.
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan / Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.