Mhux tajjeb li nkunu nsara passivi
F’kull rahal jew belt f’Malta wiehed isib hafna kumitati u dawn jiltaqghu biex jiddiskutu u jaraw x’jista’ jsir . Bis-sahha ta’ dawn il-kumitati jsir hafna xoghol u hafna affarijiet ta’ siwi ghall-komunita. Izda sfortunatament kultant jigri li ghalkemm ikun hemm hafna membri li waqt id-diskussjoni johorgu b’ idejat sbieh u godda meta mbaghad nigu biex inwettquhom u ghalhekk isiru realta ma jkunx hemm min lest li joffri s-servizz tieghu biex dawn jitwettqu. Jibdew l-iskuzi: Dak ghax imhabbat u m’ghandux cans, l-iehor ghax ma jinqalax ghal din il-bicca xoghol. Insomma il-bicca l-kbira tax-xoghol dejjem jaqa` fuq l-istess erbgha min- nies.
Bil-kliem jaf jghin kulhadd. Kemm nisimghu nies li jghidulna jew anke jiktbu fil-gazzetti u r-revisti li ghandu jsir hekk, jew m’ghandux isir haga ohra. Ikun hemm hafna li jghidulna x’inhu xieraq li jsir, x’jinhtieg jinhaseb u kliem iehor bhal dan. Imma bil- kliem biss ma naslu mkien. Jekk veru nixtiequ naghmlu l-gid u nghinu lil hutna l-bnedmin irridu nxammru l-kmiem u mmiddu jdejna biex dak li nipproponu jew nixtiequ li jsir, isehh.
Nistghu ndumu nhambqu mitt sena ghax fejn nkunu nibqghu jekk hadd ma jmidd idu. Min jaf kemm proposti tajba u sbieh li jkunu gew diskussi fuq il-mejda jispiccaw fuq l-ixkaffa ghax ma jkun hemm hadd li lest joffri ftit mill-hin liberu tieghu biex dawn jitwettqu.
Hawn ta’ min wiehed jieqaf ftit u jirrifletti. Jien qieghed naghmel xi haga ta’ gid fil-parrocca, fil-komunita li qieghed nghix fiha? U jekk le nista` nibda nimpenja ruhi u naghti xi tip ta’ servizz ghall-gid ta’ huti il-bnedmin? Dan hbieb tieghi mhux biss ikun impenn civiku imma wkoll zgur li jkun atteggament nisrani xieraq. Mhux tajjeb li nkunu nsara passivi, nhallu kollox ghaddej imma kulhadd irid jaghti sehmu. Ma ninsew qatt il-parrabbola tat-talenti. Ma nistghux nahbu it-talenti li jaghtina Alla jew inhalluhom reqdin. U jekk forsi jien qed imbill naqra subghajja bl-ilma mbierek nara ftit hux possibli ghalija naghti izjed. Noqghod attent li ma nkunx wiehed minn dawk li dejjem nikkritika biss.
U biex naghlaq ma nistax ma niftakarx li l-akbar ezempju jaghtihulna l-ghaziz Imghallem taghna Sidna Gesu` Kristu li mhux biss ghallem bil-kelma kemm felah u bla biza` ta` xejn imma wkoll ghadda ghall fatti. Hadem kemm felah, gera fuq li gera minn rahal ghal iehor u bil-mixi, ghall-gid taghna l-bnedmin sahansitra spicca biex carcar demmU u ta hajtU ghalina.
Insellmilkom
Joe Debono, Ofs
0 Comments