FR SandroGħeżież Parruċċani,

Il-Mulej jagħtikom is-Sliem!

Nixtieq minn qalbi nifraħ u nagħti prosit kbira lil dawk kollha li ħadmu biex ikollna din il-website għalina tal-Parroċċa Madonna tas-Sacro Cuor, Tas-Sliema. Jien personalment minn Ruma, għandi l-opportunita’ nibqa’qrib tal-Parroċċa tagħna u qrib tagħkom lkoll permezz tagħha.

Nieħu din l-okkażjoni biex nawgura lilkom lkoll, Sena Ġdida 2016 mimlija Paċi u Hena tal-Mulej taħt il-ħarsien tal-Madonna, li l-Knisja Universali tiddedika l-ewwel ġurnata tas-Sena għaliha.

Hija żgur xewqa tagħna li l-Paċi ssaltan madwar id-dinja u għalhekk, inħeġġikom biex fl-ewwel tas-Sena 2016, jum il-Paċi ukoll, nitolbu minn qalbna u bil-ħeġġa għal Paċi fid-dinja kollha.

Il-Mulej iberikna lkoll,

p. sandro