Illum, il-Knisja universali qed ticcelebra b’ferh kbir, il-festa tal-Koncepiment singulari, ta’ Marija Omm Alla. Ghalija personali din il-festa hija ghaziza hafna u  ggibli nostalgija kbira. Jiena gej minn familja Bormliza. Ommi, Missieri u z-zijiet kienu kollha Bormlizi u naturalment jien tlajt inhobb l-ambjent  Bormliz specjalment, il-Festa tal-Parrocca Bormliza: Il-Festa tal-Immakulata Kuncizzjoni.

Meta kont il-kunvent, kienu jaghtuna gurnata wahda biss fis-sena biex inqattghuha ma’ tal-familja u jiena kont naghzel il-festa tal-Kuncizzjoni, flok il-festa ta’ Marija Annunzjata, ta’ Hal Tarxien. Jiena kelli ziju Patri Agostinjan u ziju iehor Patri Frangiskan Konventwali. Dawn kienu jqattghu l-tlett ijiem tal-festa fid-dar taghna, Hal Tarxien, u allura fil-festa tal-Kuncizzjoni kont ninghaqad maghhom. Kunvent shih! Hija l-festa ta’ ommi wkoll ghax twieldet fit-8 ta’ Dicembru u semmewha Marija.

Il-Koncepiment ta’ Marija huwa Privilegg Singulari. Marija biss twieldet minghajr id-dnub originali. Ghax hekk Alla ried. Alla seta’ u hekk Alla ghamel, li Ommu Marija tkun ikkonceputa minghajr it-thassir tad-dnub originali.

MARIJA, Omm Alla, matul iż-żminijiet ġiet imsejħa u mżejna b’diversi titli. Wieħed minn dawn it-Titli bikrija żgur li kien dak tal-Immakulata Kunċizzjoni. Il-Festa tiġi ċċelebrata madwar id-dinja nhar it-8 ta’ Diċembru. Matul iż-żminijiet dan it-titlu ġie diskuss fit-tul minn diversi għorrief u kittieba fosthom il-Beatu Duns Skotus, li bis-saħħa tiegħu l-Ordni Franġiskan baqa’ marbut ma’ din il-Festa. Iktar tard matul iż-żmien, laħaq Papa tal-Knisja Kattolika, il-Beatu Giovanni Maria Mastai Ferretti, li ħa l-isem ta’ Papa Piju IX.

Dan wara ħafna studju u riċerkiu talb, nhar it-8 ta’ Diċembru, 1854, festa ta’ Marija Immakulata, ħareġ f’San Pietru u ddefinixxa d-Domma tal-Immakulata, li biha ġie deċiż li Marija lanqas għal waqt wieħed biss ma seta’ jkun li tiċċappas mad-dnub. Aktar tard, din id-domma giet imsahha bit-twegiba tal-Madonna, ghal mistoqsija ta’ Bernardetta meta staqsitha x’jisimha. Il-Madonna wegbitha: “Jiena l-Immakulata Kuncizzjoni”.

Huti, f’dan il-jum ghaziz ghalina l-Frangiskani, ulied is-Sultana tal-Qalb ta’ Gesu, nirrikorru lejha, b’qalb miftuha, fid-diffikultajiet kollha tal-hajja taghna, specjalment f’dawn iz-zmienijiet iebsa u koroh tal-pandemija. Hekk kif il-qroqqa tigbor lil uliedha kollha taht gwenhajha, hekk Hi ukoll tigbor lilhna llkoll taht il-mantell matern taghha fil-bzonnijiet kollha taghna. MARIJA OMM ALLA, idhol ghalina.

VIVA MARIJA IMMAKULATA.

Il-Paci maghkom hbieb. Hudu hsieb.

Peter

NOTA PERSONALI
Ippermettuli nispicca b’osservazzjoni personali li tfisser hafna ghalija ghax turi relazzjoni personali specjali u sentimentali bejni u bejn il-Madonna. Il-genituri tieghi twieldu Bormla (Il-Kuncizzjoni). Ommi kien jisimha Marija. Twelidt Hal-Tarxien (L-Annunzjata), Sefton, NSW, l-Awstralja, Parrocca Marjana (Immaculate Heart of Mary), Hat-Attard (Santa Marija), Sliema (Sacro Cour). Minn hawn, il-gisem dghajjef tieghi se jispicca jistrieh ghal dejjem, fl-Addolorata, (Marija Addolorata), Rahal Gdid.