La tibżgħux – Għalkemm insibu dan il-messaġġ mijiet ta’ drabi fil-Bibbja xorta waħda
f’qalbna ngħidu li dan mhux possibbli, mhux possibbli li nwarrbu l-biza’ għal kollox.
Mingħajr ma rridu nsibu ruħna f’baħar ta’ ħsieb, inkwiet u nuqqas ta’ paċi. Jien naħseb li kulħadd, min ħafna u min anqas, jinkwieta fuq diversi affarijiet: biża’ tal-passat, ta’ ser iġib il-futur, biża’ ta’ incertezzi fil-finanzi, biża’ għat-tfal tagħna u l-futur tagħhom, biża’ minn mard li jista’ jinqala’ Insomma l-ħajja hija kollha inċertezzi u biża’!
Meta imbagħad isib ruħek verament iddisprat, kważi kważi ma tafx fejn ser titfa’ rasek
Meta tmiss il-qiegħ u għalhekk ma fadal xejn aktar imma li terħi ħajtek f’idejn il-Mulej, f’dak il-ħin l-aktar li tħoss li kollox li qed jiġri huwa eżatt kif suppost ikun. Kollox li ġara u qed jiġri mhux sensiela ta’ koinċidenzi imma l-pjan t’Alla għal ħajtek.
Forsi diffiċli biex nirrealizzaw imma il-biża’ tista’ tarah bħala grazzja t’Alla. Il-biża’
1. Nagħmlu li nistgħu
2. Ngħixu fil-preżent
3. Nitolbu
Xi kultant tant inridu nikkontrollaw x’qed jiġri f’ħajjitna li l-anqas ma kollna ċans nitolbu.
4. Induru lejn il-Knisja
Importanti li jkollna relazzjoni personali ma’ Kristu biex niksbu l-paċi imma important ukoll li niftakru li Kristu waqqaf is-sagramenti biex aħna dejjem insibu l-għajnuna u l-grazzji li għandna bżonn. Huma dawn li dejjem iqarrbuna lejn Alla u t-tama tal-Ġenna.
5. Naħsbu fil-Ġenna
Infatti, m’hemm xejn li jimlina bil-paċi aktar mill-ħsieb li d-dar tagħna hija l-Ġenna ma’
Kristu. Kull problema li tista’ tinqala f’ħajjitna hija temporanja – xi darba dawn il-problemi ser imutu magħna. Imma hemm xi ħaġa wisq aħjar! Ġesu qed iħejji post għalina (Jn 14:2)
Post fejn m’hemmx mard, tbatijiet, problemi u biża’ fuq li ġej. Meta niffukaw fuq ‘ir-rigal’ li ser niksbu ma nistawx ma nifirhux u qalbna tintella bil-paċi!
“Il-biża’ f’ħajti jinħall fih … Laqqam il-biża’ tiegħek bit-tilqima KristuĠesù u ara xi jkun l-
effett!” (Fr Paul Sciberras)
Mariella Spiteri Gonzi ofs
0 Comments