Gheziez huti Frangiskani,
Ninsabu fil-Gimgha Mqaddsa. L-itwal gimgha fil-Liturgija tal-Knisja.
Illum nistedinkom timmeditaw u tirriflettu fuq l-akbar sagrifiċċju ta’ mħabba li qatt sar matul il-medda taz-zminienijiet, dak li sar minn Sidna u Salvatur tagħna Ġesù Kristu: Għalik, Għalija, għall-Umanità kollha; b’hekk jirnexxilna nifhmu t-tifsira vera ta’ din iċ-ċelebrazzjoni fi ħdan il-poplu ta’ Alla.
Fil-Kelma tal-Mulej insibu b’mod mill-isbaħ u impressjonanti, dan is-sagrifiċċju sabiħ tas-salib, nistgħu naqrawh fl-erba’ evanġelji, kull kittieb mill-esperjenza tiegħu, bil-mod personali tiegħu, iżda mingħajr ma ninjoraw ebda dettall ta’ dan l-avveniment storiku, xhieda hajja tal-imhabba bla tard tal-Iben t’Alla maghmul bniedem. Il-Misteru tar-Redenzjoni. Il-Misteru li habbibna mill-gdid ma’ Alla l-Missier.
Kemm hu mportanti għalina bħala nsara, bħala wlied Alla l-Għoli, li niftakru f’dan is-sagrifiċċju mhux mistħoqq li l-Maħbub, Mulej u Salvatur tagħna Ġesù Kristu għamel għalina lkoll, aħna ma ħaqqniex daqshekk mħabba u madankollu l-Imgħallem kbir tagħna telaq it-Tron Divin tiegħu, u ssallab fuq is-Salib, biex jagħtina s-salvazzjoni.
Matul din il-Gimgha, niftakru li Sidna Gesu, mhux biss miet, imma wkoll qam biex jagħtina, ħajja u ħajja bl-abbundanza. “Il-ħalliel jiġi biss biex jisraq u joqtol u jeqred; Jien ġejt biex ikollhom il-ħajja, u biex ikollhom b’mod abbundanti.”
Kristu hu t-tama tagħna u mhux tagħna biss, imma wkoll ta’ dawk li raqdu fih.
Din hi t-tifsira vera tas-Salib, tal-Mewt u l-Qawmien Tieghu… is-sagrifiċċju ta’ Sidtna Gesu Kristu kien darba għal dejjem, issa m’hemmx bżonn aktar sagrifiċċju uman. Li hemm bżonn huwa umanità li tagħraf lilu bħala Mulej u Salvatur.
Nawgura lilkom u l-familji taghkom, L-Ghid it-Tajjeb.
Peter ofs
0 Comments