1. It-Tnejn 21, It-Tlieta 22 u l-L-Erbgħa 23 t’ Awwissu huma 3 ijiem importanti għalina
bħala Parroċċa. Jiem ta’ Ċelebrazzjoni fl-okkażżjoni tal-Konsagrazzjoni ta’ ħuna Mons.
Sandro Overend Rigillo O.F.M., iben il-Parroċċa, bħala l-Isqof il-ġdid ta’ Bengazi, fil-
Libja.
Ilkoll għandna nħossuna fid-dmir li niġu nieħdu sehem fihom:

It-Tnejn fis-7.00pm, Velja ta’ Talb.
It-Tlieta fis-6.00pm, il-Konsagrazzjoni tal-Isqof il-Ġdid.
L-Erbgħa fil-5.30pm nitolbu in-Novena tal-Madonna u fis-6.00pm Quddiesa
ta’ Radd il-Ħajr. Wara jsir Riċeviment fil-Każin tal-Banda Sliema.
Minbarra l-attendenza, meħtieġa l-koperazzjoni ta’ kulħadd biex kollox jimxi kif
suppost.

2. Nawguraw il-Festa t-Tajba lill-Arċipriet u l-Kleru u l-poplu tal-Parroċċa ġirien tagħna fl-
okkażżjoni tal-Festa ta’ Stella Maris.

3. Nixtiequ nirringrazzjaw lill-Kummissjoni Festi tal-Parroċċa u li kull min ġie biex sar it-
tindif tas-saqaf tal-Knisja.

4. Il-ġabra li saret il-weekend li għadda b’solidarjeta` mal-Patrijiet f’ Palermo kienet €545.
Prosit u grazzi lil kulħadd.

5. Il-Kunsill Lokali f’ Tas-Sliema se jtella` it-tieni Edizzjoni ta’ SQAQIEN, nhar is-Sibt 26 ta’
Awwissu, din id-darba Sqaqien it-Torri u Ġużi Fava. L-attivita`li ssir bejn il-5.00pm u l-
11.00pm , tinkludi Baned, Artiġjanat Malti, Mużika Folkloristika u logħob għat-tfal.
Fi Triq Bisazza se jkun hemm Show tal-Karozzi.

 

P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433