1. Wara l-waqfa tas-sajf u qabel ma nibda uffiċċjalment il-ħidma tiegħi ta’
Kappillan, fid-19 ta’ Novembru li ġej, se niltaqa` mal-għaqdiet.
Nhar it-Tnejn 28 ta’ Awwissu se niltaqa` mal-Ushers u nhar l-Erbgħa 30 ta’
Awwissu mal-Letturi, Animaturi u membri tal-Korijiet, fis-7.00pm ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.

2. Nhar il-Ġimgħa, l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar, isir it-tqarbin lill-anzjani u morda fid-djar.

3. Bi tħejjija għall-Professjoni tat-3 novizzi li spiċċaw in-Novizzjat f’ Assisi, nhar il-Ġimgħa se ssir Velja ta’ Talb fis-7.00pm fil-Knisja tagħna tar-Rabat.
Kulħadd mistieden.

4. Nhar il-Ħadd, l-Ewwel Ħadd ta’ Settembru, issir l-ewwel ġabra speċjali minn tnejn , b’ risq il-Knisja għall-ispejjeż tal-Festi tal-Anniversarju tal-Inkurunazzjoni tal-Madonna fid-29 ta’ Settembru u ta’ San Franġisk fit-8 ta’ Ottubru.
Napprezzaw li tagħtu offerta ġeneruża. Nirringrazzjawkom.

5. Il-Fondazzjoni tal-Manutenzjoni għall-Knisja u Kunvent tfakkar u tħeġġeġ fl-Iskema li toffru €1 fil-ġimgħa. Grazzi tas-sapport.

6. Radju Marija javża li ippublika l-kalendarju tas-sena d-dieħla 2024.

7. Il-Fraternita` Franġiskana flimkien mal-E.T. Mons Sandro nirringrazzjaw lilkom ilkoll għall-presenza u għall-ħidmiet, servizzi li offrejtu biex għexna il-mumenti sbieħ ta’ grazzja t’ Alla fil-jiem tal-Ordinazzjoni tiegħu.

P. Martin Coleiro O.F.M.

Kappillan/Gwardjan

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433