1. Nhar it-Tlieta 15 ta’ Awwissu hija l-Festa ta’ Santa Marija. Hija Festa Pubblika u hemm l-obbligu tal-Quddies.
It-Tnejn lejlet il-Festa ma jkunx hawn il-Quddiesa tal-5.00pm, ikun hawn il-Quddiesa fis-6.30pm. It-Tlieta il-Quddies ikun bħal tal-Ħadd.
Għada t-Tnejn 14 ta’ Awwissu l-Uffiċċju Parrokkjali ma jiftaħx.


2. Il-Ġabra Speċjali li saret il-Weekend li għadda b’risq il-bżonnijiet tal-Knisja, partikularment għas-saqaf tas-Sala Padova, kienet ta’ €2,755. Kienet ġabra nkoraġġanti u biha stajna nħallsu l-ispiża ta’ €5,000.
Ir-Rendikont sħiħ kien dan:-
 Donazzjonijiet personali – €2,930
 Ġabra Speċjali – €2,755
 Dħul totali – €5,685

Wara li ħallasna x-xogħol baqa`€685. Dawn se jinżammu fil-Fond tal-Knisja biex jintużaw għall-ispejjeż li jkollha.
Nirringrazzjakom għall-ġenerożita`kbira u għar-responsabbilta`li wrejtu mal-Knisja
tagħna.

3. Matul din il-Ġimgħa għaddiet għall-Ħajja ta’ Dejjem Doris Alden.

Agħtiha O Mulej il-Mistrieħ ta’ dejjem …

 

P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433