L-EPIFANIJA
U aħna kif naġixxu għar-rivelazzjoni ta’ Kristu ġewwa fina? Aħna ‘mimljin ferħ’ fil-preżenza Tiegħu? Ejjew noffru lil Kristu d-don tagħna nfusna, ħajjitna, id-devozzjoni totali tagħna! L-Ispirtu ta’ Alla jkompli jiftaħ il-qlub u l-imħuħ tagħna biex aħna nipperċepixxu spiritwalment l-imħabba ta’ Alla, nirċievu l-Ispirtu Tiegħu, u nqimu u nservu lil Kristu. L-istorja tal-Epifanija tkompli sseħħ kuljum f’ħajjitna – fi ħdan il-komunitajiet tagħna, fil-familji tagħna u fil-ħajja ta’ kuljum tagħna.
Għalhekk nitolbu li d-dawl epifaniku ta’ Alla jiddi daqshekk qawwi fil-ħajja pellegrinaġġ tagħna sabiex qlub ġodda, qlub teneri, qlub miksura u qlub li qed jfittxu li Kristu jkunu jistgħu jiksbu għarfien spiritwali f ħajjithom. Jalla lkoll insibu triq lejn l-imħabba kbira u l-ħniena ta’ Kristu.
Mariella Spiteri Gonzi ofs
0 Comments