Il-Paci maghkom
Nibda dan il-messagg tieghi billi nawgura lil kulhadd il-kumplament tal-festi t-tajba tal-Ghid Imqaddes bil-tislima sabiha li Sidna Gesu Kristu sellem lil Appostli migbura fic-Cenaklu, WARA L-QAWMIEN TIEGHU: “IL-PACI MAGHKOM”.
Bhal llum 79 sena, gurnata b’gurnata, omm zaghzugha Bormliza welldet tarbija f’xelter, fl-eqqel xahar tal-gwerra f’Hal Tarxien. Dik it-tarbija semmewha Peter.
Ghaddew 79 sena minn fuqi. O zmien helu kif ghaddejtli! Illum umilment nitlobkom tinghaqdu mieghi f’talba ta’ Radd il-Hajr lil Alla l-Imbierek ghal tant grazzji li ghogbu jaghtini minghajr ma jisthoqqli.
Meta nhares lura lejn il-maratona ta’ hajti nara l-Id t’Alla tmexxini minn jum ghal iehor, f’kull fazi ta’ hajjti. Rajt b’ghajnejja u missejt b’idejja il-Providenza u l-Hniena tal-Mulej u mas-Salmista nghid pubblikament; “Kif se nhallas lil Mulej ghal dak kollu li ghamel mieghi”. U ghamel hafna tafux!
Nibda biex nghid li jien qlajt il-grazzi kollha li Alla jaghti permezz tas-Sagramenti kollha. Ma’ kull sagrament, is-seba’ li huma, Alla tani grazzi kbar. Fil-mizerja tieghi mhux dejjem ikkoperajt bis-shih mall-grazzi li tani u ta’ dan nitlob pubblikament, mahfra sinciera.
Bhal Pietru l-pruzuntuz, indur lejn il-Mulej u pubblikament nghidlu: “Mulej, int taf kollox. Taf li fil-fond tal-qalb tieghi, jiena nhobbok.”
“Kull bniedem hu fraġli u għandu d-djgħufija tiegħu, inkluż is-saċerdoti. “Kull bieqja ta’ kull bniedem, ta’ kull persuna, hija mxellfa,” hekk sostna l-Arċisqof Charles J Scicluna fl-omelija waqt il-Quddiesa tal-Griżma bit-Tberik taż-Zjut, f’Hamis ix-Xirka.
Matul l-omelija l-Arċisqof ikkwota lill-Papa Franġisku li qal li “aħna għandna bżonn inħarsu anke lejn il-fraġilità tagħna bi ħlewwa” għax hekk ikollna wkoll il-qawwa, l-umiltà u l-kuraġġ inħarsu b’tenerezza lejn il-fraġilità ta’ tant nies li Alla jlaqqagħna magħhom.”
F’Jum twelidi, nixtieqkom tirriflettu ftit mieghi dwar il-grazzja u l-valur tal-hajja. L-ewwel taghlim fit-tfulija taghna kien li Alla halaqna biex naghrfuH, inhobbuH u ngawduH ghal dejjem. Alla ma halaqniex ghal qabar imma halaqna biex nghixu mieghu u ngawduH ghal eternita.
M’hemmx imhabba ikbar minn din. Alla jrid li l-eternita nghixuha Mieghu. Imma matul il-maratona ta’ hajjitna rridu nghixuha kif ghixha Hu bhala bniedem. Kien bhalna f’kollox, barra mid-dnub. Bhalna kiber, hadem, ferah, beka, gie imfahhar, immaqdar, imzebblah, ikkalunjat, imghajjar.
Kulhadd jaf kif spicca. Fallut. Ittorturat. Imsallab u mejjet fuq Salib. Imma kif qalilna Hu stess… f’dak il-mument gabar lil kulhadd lejh. Wara tlett ijiem qam mill-mewt. Glorjuz u trionfanti. “Resurexit sicut dixit.” Qam kif kien qalihom.
Kuragg huti Frangiskani. Ahna wkoll irridu nerfghu is-salib taghna ta’ kuljum jekk irridu nimxu warajh fuq il-passi ta’ Missierna Frangisku.
Ahna rridu mmutu Mieghu u nqumu Mieghu.
WE ARE EASTER PEOPLE and HALLELUJAH IS OUR SONG. – Pope St John Paul II.
Nawgura lil kulhadd l-Ghid Imqaddes. J’Alla dan iz-zmien sabih tal-Ghid ikun ghalina zmien ta’ paci u ferh qaddis minkejja c-cirkostanzi li ghaddejjin minnhom illum.
Ftakru li t-tama taghna hija biss fil-Qawmien ta’ Kristu. Ghax kieku Kristu ma qamx mill-imwiet, kieku kienet tkun fierha r-religjon taghna.
Ilkoll mistiedna ghal Birthday Party… b’mod virtwali! Tislijiet.
Peter Darmanin ofs
Ministru
0 Comments