Kif ahna hbieb tieghi?

Illum rega’ jmiss lili li nikteb dan il-messagg zghir li ahna nircievu kull gimgha. Laqtitni storja li kont qrajt u se naqsamha maghkom. Din tghid li darba kien hemm wiehed ragel li kien imdejjaq hafna ghax ma felahx aktar jaqla’ fuq wiccu minghand dawk li kellu madwaru u ghalhekk iddecieda li jitlaq mill-post fejn kien jghix u jmur jghix fi gzira disabitata fejn hemm ma kellu jdejqu hadd u biex zgur ma jfettillux jerga’ lura kisser id-dghajsa u halliha teghreq. B’ hekk haseb f’qalbu, “Issa nghix ghal kwiet u zgur ma jdejjaqni hadd aktar”

Ghadda ftit taz-zmien u ghodwa wahda beda jhoss ugiegh kbir f’sidru. Xtaq kieku jmur jara tabib imma ftakar li l-uniku mezz ta’ trasport li kellu kien qerdu hu stess. Kif wiehed jista jobsor dan l-imsejken spicca biex tilef hajtu.

Naturalment din hija storja fittizzja. Pero minna nistghu niehdu taghlima. Fid-dinja irridu nghixu flimkien ma hutna bnedmin ohra li forsi mhux dejjem naqblu maghhom. Xi whud forsi jdejquna jew jirritawna bi kliemhom jew imgibiethom. Kulhadd ghandu l-karattru tieghu; dak simpatiku, l-iehor narah antipatku. Mhux dejjem possibli li timxi harir ma’ kulhadd. Hawnhekk wiehed irid jitghallem jezercita l-virtu tas-sabar u l-pacenzja, jaghder u anke iva kultant anke jahfer lil dak li jkun. Nikkompatixxu u mhux ndendlu geddumna ghal kull haga ta’ xejn.

Anke ahna, minn-naha taghna, irridu noqoghdu attenti li ma nirfsu l-kallu ta’ hadd, nigdmu lsienna u noqoghdu attenti x’nghidu. Kelma nieqsa kultant tevita hafna inkwiet anke jekk ikollna mitt ragun. Il-Papa sikwit iwissina dwar il-hsara kbira li jaghmel it-tpacpic bla razan.

Ghalhekk nipprovaw inzommu bejnietna akter arja ta’ paci u serenita. Tkun xi tkun l-imgieba ta’ whud li juruna nuqqas ta’ rispett jew jagixxu hazin maghna qatt ma ghandna niksruha maghhom. Tajjeb li f’kazi bhal dawn nilaghbuha li ma smajna xejn u nevitaw li nikklaxxjaw. Ma niksruha ma’ hadd ghax jekk niksruha ma xi hadd forsi wara jiddispjecina u jkun difficli biex nergghu nigu lura ghan-normal, l-aktar jekk fir-rabja tohrogilna xi kelma zejda li tista’ twegga’ lil dak li jkun qed idejjaqna. Id-dghajsa taghna ma neghrquhiex imma nhalluha fil-wicc. Forsi xi darba nigu bzonnha.

Ghalhekk hbieb tieghi jekk nsibu ruhna f’xi sitwazzjoni bhal din niehdu ftit pacenzja u naghmlu dak kollu li nistghu biex inzommu l-paci f’darna, ma’ qrabatna u mal-proxmu taghna kollu. Forsi nistghu nuzaw is-sagrificcju taghna bhala att ta’ penitenza ghar-Randan li dalwaqt ikun maghna.

Insellmilkom

Joe Debono ofs