Gheziez huti Frangiskani,

Il-fatt li fil-prezent, kull nhar ta’ Tlieta,  ma nistghux niltaqghu fizikament flimkien bhala Fraternita, qed johloq fina frustrazzjoni spiritwali u attegjament negattiv, pero t-triqat tal-Mulej hadd ma jafhom. Alla, li jista kollox, kapaci johloq il-gid minn kull sitwazzjoni li ghalina tidher difficli, kerha kemm hi kerha, bla sens, ta’ tbatija, kemm materjali u kemm spiritwali.

Dan iz-zmien li xi whud minna jinsabu f’darhom, bil-libertajiet taghna restritti, huwa zmien ta’ hemda u riflessjoni. Zmien li fih wiehed jista jezamina il-mixja tieghu lejn il-Verita. “Jien hu l-Verita u l-Hajja”, qalilna Gesu. Mela jekk irridu “nghixu” irridu nfittxu l-Verita. Zmien li matulu ahna rridu nisktu biex inhallu lil Mulej ikellimna. Kulhadd jibza mis-skiet, mill-hemda u l-gabra. Ejjew naghmlu uzu tajjeb minn dan iz-zmien u nippruvaw niflu l-ghemejjel taghna fit-tfittxija ghall-Verita. Ma nibzghux mill-Verita jekk forsi ssibna, tahkimna u tibdlilna hajjitna.

Ippermettuli naqsam maghkom hsieb profond u ta’ min jixtarru sewwa, tal-Papa Emeritu, Benedittu XVI. Dan il-hsieb tajjeb ferm ghal matul iz-zmien li ghaddejjin minnu llum.

“Fl-‘Istqarrijiet’, fid-Disa’ Ktieb, Santu Wistin iniżżel kollokju li kellu ma’ ommu, Santa Monika… Hija xena sabiħa ħafna: hu u ommu kienu qegħdin Ostia, f’lukanda, u mit-tieqa setgħu jilmħu s-sema u l-baħar, u ħarsithom tmur lil hemm mis-sema u l-baħar, u għal mument imissu l-qalb ta’ Alla fil-ħemda tal-ħolqien. U hawn tidher idea fundamentali fil-mixja lejn il-Verità: il-ħlejjaq iridu jisktu jekk iridu jħallu tinfed is-sikta li fiha Alla jista’ jitkellem.
“Dan hu minnu dejjem, anki fi żmienna: xi drabi nibżgħu xi ftit mis-skiet, mill-ġabra, milli noqogħdu naħsbu fuq l-għemejjel tagħna, fuq is-sens profond ta’ ħajjitna, u spiss nippreferu ngħixu biss il-mument ta’ issa li jtir, u nqarrqu bina nfusna għax naħsbu li dan iġorr ferħ li jtul; nippreferu ngħixu, għax donnu jidher iktar faċli, ħajja tal-qoxra, mingħajr ma naħsbu; nibżgħu nfittxu l-Verità u forsi nibżgħu li l-Verità ssibna, taħkimna u tibdlilna ħajjitna, kif ġralu Santu Wistin.”
Il-Papa Benedittu XVI, Katekeżi tal-Udjenza ġenerali, 25.08.2010

NOTA TA’ L-AHHAR
Nahseb li kulhadd jaqbel mieghi li dawn il-messaggi ta’ kull nhar ta’ Tlieta ghandhom valur kbir ghax barra milli jservu ta’ vitamina spiritwali, iservu wkoll ta’ katina li minn gimgha ghal ohra tghaqqadna flimkien, fi Fraternita virtwali.

Nixtieq nara participazzjoni aktar wiesgha, pero ma rridx nohloq pressjoni fuq hadd. Ghalhekk min jixtieq jaghmel u jaqsam xi hsieb spiritwali f’din il-katina, huwa gentilment mitlub li jibghat il-messagg lili u jiena niehu hsieb nghaddih lil ohtna Cecilia ghall-publikazzjoni. M’hemmx limitu jew zmien, ta’ kemm wiehed jista jibghat messaggi spiritwali.

L-importanti li jkunu qosra ghax ihallu aktar effett minn qari fit-tul.
Il-Mulej iberikna u jixhet fuqna l-Paci tieghu.


Peter ofs