Noffru l-Quddies għall-egħżież Mejtin.
1. Il-Parroċċa tas-Sacro Cuor : Tifraħ lil Fr Denis Schembri fil-bidu tal-ħidma pastorali tiegħu bħala Arċipriet tal-Parroċċa ta’ Stella Maris.
2. Tifraħ ukoll lil Abbati Rafel Gatt : Li ġie magħżul fost l-Abbatini Maltin biex fis-sajf li ġej jagħti servizz ta’ Abbati fil-Vatikan. Huwa temm b’suċċess il-Kors meħtieġ. Nawgurawlu u jalla jkollna iktar Abbatini li jagħmlu dan il-Kors biex jagħtu dan is-servizz.
3. Ġabra tal-Missjoni : €800.06. Nirringrazzjawkom f’isem il-Missjunarji.
4. Il-Ħadd 6 ta’ Novembru : 9.30am Preżentazzjoni tal-Kandidati li ser jirċievu s-Sagrament tal-Konfermazzjoni l-Ħadd ta’ wara. Imbagħad se jżuru l-Kunvent Franġiskan tar-Rabat għall-Irtir bi preparazzjoni għas-Sagrament li ser jirċievu. Filwaqt li fil-knisja se niċċelebraw għat-Tfal kollha l-Festa ta’ San Martin u tingħata l-Borża tradizzjonali.
5. It-Tlieta 8 ta’ Novembru : 6.30pm Laqgħa tal-OFS fis-Santwarju. Titkellem Pauline Darmanin bis-suġġett “Melħ ta’ l-art u Dawl għad-dinja”. Kulħadd hu mistieden. Tiġi segwita mill-webcam tal-Parroċċa.
6. Il-Ġimgħa 11 ta’ Novembru : Se nżuru ċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata. 9.00am Tluq mis-Savoy Bus Stop. Biljetti jiswew €5 mingħand Marianne Bonaci. 6.00pm Qrar għall-Ġenituri u l-Parrini. 7.00pm Reħearsal tas-Sagrament tal-Griżma.
7. Il-Ħadd 13 ta’ Novembru : 9.30am L-Eċċellenza Tiegħu Mons Ġorġ Frendo, Arċisqof Emeritu ta’ Tiranë-Durrës se jkun fostna biex jagħti s-Sagrament tal-Konfermazzjoni lil 9 Kandidati. Il-Quddiesa tal-11.00am tkun fil-11.30am minħabba din l-okkażjoni.
8. L-Erbgħa 16 ta’ Novembru : Il-Club tal-Anzjani tal-Parroċċa se jorganizza Ħarġa għall-Baħrija. 9.15am tluq mis-Savoy Bus Stop. Prezz €12. Avviċinaw lil xi ħadd mill-Helpers.
9. Tistgħu tibbukkjaw il-Quddies tal-Mejtin 2023. U nfakkarkom fl-Envelopes.
10. Il-Fondazzjoni tfakkar il-Memorja tal-Benefatturi Mejtin tagħha : U titlob lil Mulej jagħtihom il-mistrieh ta’ dejjem.
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan / Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.