Reġistrazzjoni tat-Tfal tal-Katekiżmu 2022 – 2023.
1. It-Tnejn 5 ta’ Settembru : Ningħaqdu maż-Żgħażagħ Darren Abela, Christopher Bilocca u Andre Bonaci, li se jilbsu l-Libsa Franġiskana u jibdew in-Novizzjat.
2. Il-Kunsill Lokali tas-Sliema jħabbar : Li se ssir kompetizzjoni għat-Tfal bejn it-8 snin u 12 il-sena. Ikteb poeżija fuq l-ISQAQ u ħuduha magħkom waqt l-attivita’ SQAQIEN li se ssir nhar is-Sibt 10 ta’ Settembru mis-7pm ‘il quddiem, fi Sqaq Sajjan, tas-Sliema. – Ikun hemm servizz ta Park & Ride.
3. Fuq in-Notice Board : Hemm Poster bil-ġranet u l-ħinijiet tar-Reġistrazzjoni għall-Klassijiet tal-Katekiżmu 2022 – 2023. – F’Settembru, it-Tnejn 12, il-Ħadd 18, il-Ħadd 25, it-Tnejn 26. – It-Tfal kollha jridu jiġu Reġistrati. – Jeħtieġ il-Firem taż-żewġ Ġenituri anke jekk ma’ jiġux flimkien. – Importanti li min jinkiteb għall-ewwel darba u mhux Mgħammed fil-Parroċċa tagħna, ikollna ċ-Ċertifikat tal-Magħmudija. – Tfal li jgħixu barra l-Parroċċa tagħna jrid ikollhom Permess mill-Parroċċa tagħhom.
4. Rendikont Finanzjarju maħruġ mill-Fondazzjoni : Manutenzjoni Santwarju/Kunvent. Datat 31 ta’ Awwissu 2022.
Dħul €152,578.40. Ħruġ €143,993.86. Bilanċ ta’ €8,554.54.
Il-Fondazzjoni tapprezza kull donazzjoni, żgħira kemm hi żgħira. Għal aktar informazzjoni ċemplu lil Amministratur Peter Darmanin : 9976 2775.
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan / Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.