L-ANZJANITA
“L-anzjanita hija rigal minghand Alla”.  Hekk iddikjara Papa Frangisku meta fl-ahhar ta’ Jannar 2021, wara l-Angelus tal-Hadd, nieda l-Jum Dinji tan-Nanniet u l-Anzjani.
Il-jum li ntghazel biex tigi ccelebrata din it-tifkira huwa ir-raba Hadd ta’ Lulju ta’ kull sena, li huwa l-eqreb il-festa ta’ Sant’Anna u San Gwakkin, in-nanniet ta’ Gesu.

F’din il-gurnata ta’ tniedija, il-Papa issokta jghid li x-xjuhija
hija rigal ghax in-nanniet u l-anzjani huma dik il-holqa li tghaqqad generazzjoni ma’ ohra ghax jghaddu liz-zghar l-esperjenzi taghhom tal-hajja.  Hu lmenta li hafna drabi n-nanniet huma minsija u ninsew il-gid li jkunu ghamlu tul hajjiethom li minnu jgawdu l-generazzjonijiet ta’ warajhom.

Meta rrefera ghal festa tal-Presentazzjoni ta’ Gesu fit-Tempju, fejn ix-xwejjah Simeon u Anna ltaqaw mat-tfajjel Gesu u gharfuh bhala l-Messsija, il-Papa qal: “Issa wkoll l-Ispirtu s-Santu jqanqal hsibijiet u kliem ta’ gherf fl-anzjani. Il-vuci taghhom hi prezjuza ghax minnu johrog tifhir lil Alla u jippriserva l-gheruq ta’ kull poplu”.  Emfasizza wkoll l-importanza lin-nanniet u n-neputijiet isiru jafu aktar lil xulxin, ghax kif jghid il-profeta Joel: “In-nanniet jaraw u n-neputijiet joholmu, waqt liz-zaghzagh jiehdu s-sahha minghand in-nanniet, jimxu ‘l quddiem u jipprofetizzaw.”

Fl-Enciklika “Fratelli Tutti”, il-Papa jfakkarna li hadd ma jsalva wahdu.  B’dan il-hsieb irridu noghzzu l-gid spiritwali u materjali li gie mghoddi lilna minn generazzjoni ghall-ohra.

Il-fqar, il-bibbja u l-anzjani huma tlett prioritajiet fil-pontificat ta’ Papa Frangisku, prioritajet li huma destinati biex jimmarkaw il-futur tal-Knisja.  Hekk stqarr Vittorio Scelzo li hu nkarigat mill-kura pastorali ta’ l-anzjani fid-dikasteru ghall-Lajci, Familja u Hajja.

Matul ix-xahar kollu ta’ Gunju u wkoll wara, waqt l-Udjenza Generali ta’ kull nhar ta’ Erbgha, il-Papa ghamel katekezi shiha fuq l-Anzjanita.  Dan juri kemm huma ghal qalbu l-anzjani u kemm huma mportanti fil-hajja taghna.  Fost hafna taghlim u dikjarazzjoni, il-Papa qal li ahna m’ghandniex inserhu rasna meta mpoggu l-anzjani
taghna f’xi struttura ghal-kura ta’ l-anzjani u nserhu rasna u nghidu issa hemm min jiehu hsiebhom u daqshekk u nfarfru r-responsabbilta taghna lejhom.

Huma hafna n-nuqqasijiet li jsofru l-anzjani bin-nuqqas ta’ rispett u attenzjoni li jixirqilhom wara li jkunu ghaddew hajjiethom jahdmu ghal gid ta’ familthom u ghall-umanita in generali.  Hemm ukoll minn ifarfar ir-reponsabbilta kollha fuq dawk li jibqaw id-dar mal-genituri u jhalluhom wahidhom biex jiehdu hsiebhom bhallikieku mhumiex il-genituri taghhom ukoll.

Meta s-sena l-ohra gie ccelebrat ghall-ewwel darba dan il-Jum, ghal din l-okkazzjoni il-Papa hareg messagg ta’ kuragg lill-anzjani:  Jiena dejjem maghkom (Mt 28.20). Hu ssokta jghid li, ghalkemm l-anzjani jhossu li s-sahha qieghda tonqsilhom u jhossuhom dghajfa, xorta wahda ghandhom missjoni, dik li jharsu l-gheruq tal-familja u tas-socjeta taghna u li jwasslu l-fidi liz-zghar.

Jalla s-socjeta tal-lum tkompli tghozz lill-anzjani taghna u jaghtuhom l-imhabba li tixirqihom sa ma jasal il-mument lil-Mulej jilqahhom fi hdanu fl-eternita.

Cecilia Attard, ofs