1. Il-Ġabra Speċjali tal-1 Ħadd tax-Xahar : Kienet €878.91. Nirringrazzjawkom.

2. It-Tlieta 21 ta’ Jannar :
6.30pm L-OFS ikollhom il-laqgħa tagħhom bit-tema: “Il-Kelma tal-Mulej”.  Titkellem Pauline Darmanin. Il-laqgħa hi miftuħa għal kulħadd.
7.00pm Laqgħa tal-LGBTIQ fl-Uffiċċju tal-Kappillan.

3. L-Erbgħa 22 ta’ Jannar : Il-Kumm. Parr. Anzjani se torganizza Ħarġa ta’ nofs ta’ nhar għall-Anzjani. Biljetti mingħand il-membri. 8.45am Tluq mis-Savoy bus-terminus.

4. Il-Ħamis 23 ta’ Jannar : 7.30pm Kors ta’ Kana fiċ-Ċentru Sant Antnin.

5. Il-Ġimgħa 24 ta’ Jannar : 6.45pm Laqgħa għall-Ministri Straordinarji Ġodda tat-Tqarbin fejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Ċirkulari ntbagħtet lil min hu konċernat.
7.00pm Laqgħa tal-‘Cor Group’ tal-Abbatini ħdejn l-Uffiċċju tal-Kappillan.

6. Is-Sibt 15 ta’ Frar : L-Assembleja Parrokkjali tibda bil-Quddiesa tad-9.00am u tintemm fis-1.00pm. Se niffukaw fuq il-Pastorali mall-Familja. Inħeġġukom tattendu.

7. It-Tnejn 24 ta’ Frar : 6.00pm Il-Ġenituri tal-Abbatini ser jorganizzaw Festin tal-Karnival għal kulħadd (bħala fundraising) fis-Sala taċ-Ċentru Parrokkjali. Bookings mill-Bookshop tal-Knisja jew mingħand il-Ġenituri tal-Abbatini.

8. Il-Kappillan ifakkar dwar il-Liġi tad-Data Protection li bdiet f’Mejju 2018 : Ħadd ma jista’ jiġbor f’isem ħaddieħor Ċertifikati u Permessi ta’ persuni ħajjin u li għandhom il-fuq minn 18 il-sena. Din hi Liġi tal-Istat li l-Knisja obbligata timxi magħha.

9. Il-Kummissjoni Festi tavża :
• Is-Sibt 25 u l-Ħadd 26 : Bazaar bejn it-8am u t-8pm. Se jsir fid-Dar Santa Chiara, Triq San Ġwann Battista. Affarijiet bi prezzijiet irħas. Min għandu xi affarijiet jista’ jeħodhom din il-ġimgħa bejn il-5pm u s-7pm waqt li jkun qed isir l-armar.
• Ser jerġgħu jitqassmu l-bukketti tal-ward u l-fjuri lil Maħbubin u Familjari f’Jum San Valentino. Min jixtieq jibgħat xi bukkett, ikellem lil Brian Vigar.

Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem

Fr Paul Attard ofm
Kappillan
Mob: 7953 7719.