1. Il-Kuntratt għal-Lift fis-Santwarju u l-Kunvent ġie ffirmat : Il-Fondazzjoni ħallset l-ewwel pagament ta’€6,683. Napprezzaw ħafna l-għajnuna tagħkom. Il-Mulej Ġesu’ u Ommu Marija, is-Sultana tagħna, ibierku l-ġenerożita’ tagħkom.
2. Tqarbin tal-Morda u l-Anzjani fid-Djar : Qed nagħmluhom bl-appuntament.
• Min jixtieq is-servizz jagħmel kuntatt magħna bil-mobile.
3. Fr Walter Vassallo ofm : Ser jerġa’ jagħmel ‘online meeting’. Is-suġġett huwa ‘Rut’. Min hu interessat jidħol fuq il-website :

https://www.facebook.com/walter.vassallo.9
4. Il-Papa Franġisku u l-Papa Emeritus Benedittu XVI ħadu l-Vaċċin tal-Covid-19 : Il-Papa qed iħeġġeġ lill-Insara kollha biex jagħmlu l-istess.
• L-Awtoritajiet tas-Saħħa ifakkru lil-anzjani li ser jirċievu ittra bl-appuntament biex jieħdu l-vaċċin. Jappellaw lill-anzjani biex jitilfux dan iċ-ċans.
• Dawk li ma jridux jieħdu l-vaċċin għandhom iċemplu fuq in-numru 145 biex javżaw lill-Awtoritajiet tas-Saħħa.
5. It-Tnejn 18 ta’ Jannar : Tibda l-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara.
• Nitolbu għal dan il-għan waqt ir-Rużarju fil-familja.
6. It-tmexxija tar-Residenza San Vincens De Paul : Għandha numru ta’ sodod mekkaniżżati li jintużaw mill-anzjani available għal anzjani fid-djar li jeħtieġu xi waħda minnhom.
• Min hu interessat, jikkuntattja lis -Sur James Carabott fuq in-numru 7978 3007.
Il-Mulej jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan / Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.