1. Il-Ġabra speċjali : Kienet €577.65 Nirringrazzjawkom.

2. It-Tnejn 9 ta’ Marzu : 6.30pm Laqgħa tal-Ushers ħdejn l-Uffiċċju tal-Kappillan.

3. It-Tlieta 10 ta’ Marzu : L-OFS ser jorganizza IRTIR ta’ nofs ta’ nhar filgħodu, għand il-Klarissi. 7.00pm Laqgħa tal-LGBTIQ fl-Uffiċċju Parrokkjali.

4. L-Erbgħa 11 ta’ Marzu : 6.30pm Il-Kappillan jiltaqa’ mall-Koperaturi Pastorali fil-Knisja għat-Taħdita tar-Randan.

5. Il-Ħamis 12 ta’ Marzu : 6.00pm Il-Fraternita’ Franġiskana u l-Kommunita’ Parrokkjali tistedinkom għall-Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr f’għeluq 60 Sena mill-Ordinazzjoni Saċerdotali ta’ Ħuna Patri Norbert Ellul Vincenti ofm. Wara l-Quddiesa nkomplu naqsmu l-ferħ ta’ din l-okkażjoni ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali..

6. Il-Ġabra għas-Seminarju : Ser tkun il-Weekend li ġej 14 u 15 ta’ Marzu.

7. Is-Sibt 14 ta’ Marzu : 9.30am Laqgħa ta’ Formazzjoni għall-Abbatini ma’ Fra Lorrie. Eta’ minn 8 sa 11 il-sena.

8. Il-Ħadd 15 ta’ Marzu : Maratona ta’ Talb, Sawm u Penitenza fejn l-Uffiċċju tal-Kappillan b’risq id-Dar tal-Providenza. L-Applikazzjonijiet ħdejn il-bibien tal-Knisja.

9. Il-Ħamis 19 ta’ Marzu : Ħarġa għall-Festa ta’ San Ġużepp ir-Rabat, organizzata mill-ġenituri tal-Abbatini. Attivita’ ta’ ġbir ta’ fondi għad-Dramm tal-Passjoni. 2.30pm Tluq mis-Savoy Bus Stop sad-9.30pm. Nassistu għall-Marċ Tradizzjonali tas-1.00pm, Għasar u Purċissjoni. Biljetti €4.00 mingħand il-ġenituri tal-Abbatini, Simiana u Ms Marianne Bonaci.

10. Il-Ġimgħa 27 ta’ Marzu : Pellegrinaġġ għall-Kurċifiss Mirakoluż ta’ Ġieżu l-Belt. 9.30am Tluq mis-Savoy Bus Stop. Biljetti mingħand Simiana jew Joe Debono.

11. Donazzjoni għall-Fjuri : Għall-Vari u s-Sepulkru għadduhom lil Fra Lorrie/ Patrijiet.

12. Il-Kummissjoni Festi tavża :
• Li hemm Lotterija fuq iz-Zuntier b’risq il-Festa.
• Il-Ħamis 19 ta’ Marzu : 10.00am Bingo Breakfast il-Każin. Prezz €13 li jinkludi ikel u l-ktieb tal-bingo.

Il-Mulej jagħtikom is-Sliem.

Fr Paul Attard ofm
Kappillan
Mob: 7953 7719.