ĦARES IL-KMANDAMENTI

1. Fid-dawl tad-Direttivi l-ġodda maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa : L-
Arċidjoċesi ta’ Malta qed tissospendi minnufih il-Laqgħat tal-Gruppi b’mod
fiżiku.

2. Il-Ħadd 7 ta’ Marzu : It-Tejatru Sależjan ‘Sounds in Silence’ kellhom
iħassru l-Kunċert wara l-quddiesa tal-11.00am għax il-mużiċisti qedin
kwarantina.

3. L-Erbgħa 10 ta’ Marzu : 6.00pm Il-Kappillan jistieden għall-Quddiesa u
Priedka lil Grupp Pre-Adoloxxenti. Mistiedna dawk li għandhom bejn 11 u
16 il-sena.

4. Il-Ġimgħa 12 ta’ Marzu : 7.00pm Il-Kappillan se jiltaqa’ mal-Ġenituri tat-
Tfal tal-Katekiżmu tal-Preċett u tal-Griżma. L-Ewwel Tqarbina se tkun il-
Ħadd 30 ta’ Mejju fid-9.30am. Il-Griżma tal-Isqof se tkun il-Ħadd 14 ta’
Novembru fid-9.30am.

5. Il-Ħadd 14 ta’ Marzu : Issir il-Ġabra għas-Seminarju.

6. It-Tlieta 16 ta’ Marzu : 4.00pm L-Ewwel Qrara fil-Knisja għat-Tfal tal-Ewwel
Tqarbina.

7. It-Tfal tal-Katekiżmu jistgħu jieħdu il-Karus ta’ Mħabba : Wara l-Quddiesa
tad-9.30am minn fuq l-Artal. Il-Karus jinġabar nhar it-Tlieta 30 ta’ Marzu waqt
il-Quddiesa tal-Aħħar Ċena tat-Tfal. U aħna ngħadduh lid-Dar tal-
Providenza.

8. Il-Morda u l-Anzjani fi djarhom nilħquhom meta jagħmlu appuntament
magħna.

9. Il-Fondazzjoni tavża : Li l-Lift tas-Santwarju beda Jiżżarma din il-ġimgħa
biex floku jinbena il-Lift il-ġdid. Nappellaw għall-ġenerożita’ tagħkom. Kull
donazzjoni għandha tingħata lill-Kappillan jew titpoġġa fil-Kaxxa tal-
Fondazzjoni li tinsab ħdejn l-Altar tal-Qalb ta’ Ġesu’. Grazzi mill-qalb.

Il-Mulej jagħtikom is-Sliem

Fr Paul Attard ofm
Kappillan / Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.