Tberik tat-Tfal.
1. Programm tal-Ħdud tal-Avvent fil-Quddies tad-9.30am :
Illum it-3 Ħadd isir it-Tberik tat-Tfal.
Ir-4 Ħadd isir it-Tberik tal-Bambini tal-Milied.
2. Fl-Avvent inkunu qed niġbru oġġetti tal-ikel u tat-tindif biex fil-ġranet tal-Milied jitqassmu lil min hu fil-bżonn.
Grazzi tal-ġenerożita’.
3. It-Tlieta 14 ta’ Diċembru : 6.30pm Laqgħa tal-OFS.
Taħdita qasira fis-Santwarju mis-Segretarja Nazzjonali tal-OFS, Evelyn Vella Clarke, dwar il-Kapitlu Ġenerali tal-Ordni, li sar ftit tal-ġranet ilu ġewwa Ruma. Kulħadd mistieden.
4. L-Erbgħa 15 ta’ Diċembru : Tibda n-Novena tal-Milied. 5.30pm Rużarju b’Ġesu’ Espost 6.00pm Quddiesa bl-Omelija.
5. Il-Ġimgħa 17 ta’ Diċembru : 7.00pm Il-Banda Sliema ser itellgħu Kunċert tal-Milied fis-Santwarju. Kulħadd hu mistieden.
6. Il-Ġimgħa 24 ta’ Diċembru : Lejliet il-Milied.
6.00pm Quddiesa. 9.30pm Velja.
10.00pm Quddiesa ta’ bil-lejl bil-Priedka Tradizzjonali tat-Tfal.
7. Is-Sibt 25 ta’ Diċembru : Quddies ikun bħal Ħadd.
8. Il-Fondazzjoni tifraħ u tirringrazzja lil numru sabiħ ta’ Parruċċani : Li diġa impenjaw ruħhom li joffru Euro (1.00) fil-ġimgħa għall-manutenzjoni tas-Santwarju.
Id-Donazzjonijiet jitpoġġew fil-Kaxxi tal-Fondazzjoni ( waħda ħdejn l-Altar tal-Qalb ta’ Ġesu’, jew l-oħra ħdejn il-bieb tal-wheelchairs).
Il-Mulej jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan/Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.