FESTA TA’ MISSIERNA SAN PAWL

1. Il-Gabra Specjali ghall-Knisja ta’ Jannar : Kienet 699.97 Ewro. Nirringrazzjawkom

2. In-Nawfragju ta’ Missierna San Pawl : Qed jigi ccelebrat dan il-weekend f’Malta. Hija l-Festa tal-Maghmudija tal-Maltin. Infakkru fl-obbligu tal-quddies.

3. It-Tnejn 11 ta’ Frar : L-Ewwel dehra tal-Madonna ta’ Lourdes. Huwa wkoll. Jum il-Morda. Fis-Santwarju taghna ser namministraw id-Dilka tal-Grizma tal-Morda lil kulhadd fil-quddies tad-9.00am u tas-6.00pm. Jekk xi hadd ikun jixtieq transport, jinforma lill-Kappillan jew xi membru tal-Kummissjoni Anzjani. Fl-10.00am tigi ccelebrata wkoll quddiesa bid-dilka tal-grizma tal-morda fid-Dar tal-Anzjani Casa Marija.

 4. It-Tlieta 12 ta’ Frar :

9.30am Laqgha tal-Fratellanza tas-S.Smu Sagrament hdejn l-Ufficcju tal- Kappillan.

6.30pm Laqgha tal-OFS fis-Sala taghhom. Jitkellem il-Kappillan Fr Paul Attard ofm fuq is-suggett: “L-Ispirtu Frangiskan ghas-Sekulari fid-dinja tal-lum” Kulhadd hu mistieden.

5. Il-Gimgha 15 ta’ Frar : 6.45pm Jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali Parrokkjali.

6. Ix-xoghol strutturali fuq l-Antiporta tal-bieb tal-genb : Li jinsab fuq il-Lemin tas- Santwarju fejn hemm ir-rampa biex persuni b’dizabilita’ fizika jkunu jidhlu bil-wheelchairs jinsab fi stat avvanzat. L-ispiza mistennija tkun madwar 3,000 Ewro. Il-Fondazzjoni Manutenzjoni Santwarju / Kunvent Sacro Cuor tapprezza kull donazzjoni u tirringrazzja lil min diga ta.

7. Il-Kummissjoni Festi tavza :

Bazaar dan il-weekend il-Kazin : Issibu hafna affarijiet ghall-bejgh bi prezzijiet irhas. Hin mit-8am sat-8pm.

Is-Sibt 16 u l-Hadd 17 ta’ Frar : ‘Cake Sale’ fuq iz-zuntier. Tistghu toffru xi cake jew xi haga tajba tal-helu u tghadduhom lil Brian Vigar.

Il-Mulej Jaghtikom is-Sliem

 

Fr Paul Attard ofm

Kappillan

Mob: 7953 7719.