IL-PARROĊĊ TFAKKAR ŻEWĠ ANNIVERSARJI

1. Is-Sibt 28 ta’ Settembru : Illejla nkomplu bil-Velja ta’ Talb madwar l-Istatwa Inkurunata mit-8.00pm sal-10.00pm. Tintemm b’quddiesa.

Il-Ħadd 29 ta’ Settembru : 11.00am Quddiesa mmexxija minn Mons Joe Galea Curmi.

2. It-Tlieta 1 ta’ Ottubru : 7.00pm L-OFS ser jorganizza taħdita bis-suġġett “Kont marid u ġejtu żżuruni”. Jiltaqgħu fis-Sala tagħhom fejn l-Uffiċċju tal-Kappillan.

1. L-Erbgħa 2 ta’ Ottubru : 9.30am Il-Kummissjoni Parrokkjali Anzjani jerġgħu jibdew jiltaqgħu fil-‘Club’ fiċ-Ċentru Sant’Antnin.

2. Il-Ġimgħa 4 ta’ Ottubru : L-1 Ġimgħa tax-Xahar. Filgħodu aħna l-Patrijiet inżuru l-morda u l-anzjani għat-Tqarbin. Festa ta’ San Franġisk. Ser norganizzaw ‘private’ fil-5.15pm mis-Savoy Bus Stop. Biljetti mingħand Simler, Simiana, u Marianne Bonaci.

3. Is-Sibt 5 ta’ Ottubru : Se jibdew il-Laqgħat ta’ Formazzjoni għall-Abbatini minn 7 – 11 il-sena. Bil-pjaċir kollu nilqgħu Tfal ġodda biex jagħtu servizz ta’ Abbatini.

4. Il-Ħadd 6 ta’ Ottubru : 9.30am Jingħata l-Mandat lill-Katekisti u tibda s-Sena Kateketika.

5. Il-Kunsill Lokali ta’ tas-Sliema : Javża li min jixtieq il-Vaċċin tal-Influwenza, jibbukkja billi jċempel: 2133 7633. Tgħodd għal kull min hu ‘l fuq minn 55 sena.

6. “Ħbieb tas-Santwarju” : Il-Fondazzjoni tfakkar it-twaqqif ta’ Skema ġdida b’risq il-Manutenzjoni tas-Santwarju tagħna. Il-Ħbieb tas-Santwarju joffru €10.00 fis-sena. Il-Formoli tal-Applikazzjoni jinsabu taħt in-Noticeboard.

7. Fejn il-Bibien tal-Knisja : Hemm l-Envelopes biex tiktbu fihom l-Egħżież Mejtin. F’Novembru, il-Quddies ta’ filgħaxija jkun għal dawk l-għeżież li tkunu ktibtu.

8. Il-Kummissjoni Festa tavża :
Se jsir ‘raffle’ b’risq il-Festa, u jinbiegħu ‘souvenirs’ bi xbieha tas-Sultana tagħna.
L-Erbgħa 9 ta’ Ottubru : 7.30pm ‘Bingo Special’ fil-każin. Ikel b’xejn għal kulħadd.
Is-Sibt 12 ta’ Ottubru : ‘Pasta Night’ wara l-Purċissjoni ta’ San Franġisk fil-Kunvent. Prezz €15 bl’ikel u xorb. F’każ ta’ maltemp issir fiċ-Ċentru. Booking ma’ Brian Vigar.
Qed jinġabru affarijiet għal ‘Bazaar’ li ser isir fl-1 weekend ta’ Novembru. Min għandu xi affarijiet, iċempel in-numru li hemm fin-‘notice board’.

Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem

Fr Paul Attard ofm
Kappillan
Mob: 7953 7719.