Jum is-Sejħa Franġiskana!

1. Il-Ħadd 22 ta’ Settembru : 9.30am It-Tfal iġibu l-Basktijiet tal-Iskola u affarijiet relatati mal-Iskola biex Jitbierku waqt il-Quddiesa.
• Mistiedna wkoll l-Għalliema u l-LSA’s u dawk li jaħdmu fl-Iskejjel biex issir Talba fuqhom fil-bidu tas-Sena Skolastika.

2. It-Tnejn 23 ta’ Settembru : 5.00pm – 7.00pm Reġistrazzjoni għall-Katekiżmu.

3. Programm tal-Anniversarji tal-Parroċċa u l-Inkurunazzjoni tas-Sultana Tagħma.
• Il-Ġimgħa 27, Ikla fil-Każin Banda Sliema. Prezz: €15 li jinkludi ikel, deżerta, ilma u nbid. Tfal taħt it-12 il sena b’xejn. Bookings ma’ Brian Vigar.
• Is-Sibt 28 ta’ Settembru : 6.30pm Vestizzjoni fil-Konfraternita’ tal-Madonna tas-Sacro Cuor. Irġiel u Nisa li jinteressahom, javviċinaw lil Tony Vidal jew lil Marianne Bonaci.

Ikollna Velja ta’ Talb tar-Rużarju madwar l-Istatwa Inkurunata mit-8.00pm sal-10.00pm. Tintemm b’quddiesa.
Matul il-Velja ser jieħdu sehem il-Gruppi kollha fi ħdan il-Parroċċa kif inhuma mqassmin fil-Programm.
Nitolbu lil dawk responsabbli mill-Gruppi jħeġġu lil membri biex jattendu.

• Il-Ħadd 29 ta’ Settembru : 11.00am Quddiesa mmexxija minn Mons Joe Galea Curmi.

4. Il-Ġimgħa 4 ta’ Ottubru : Festa ta’ San Franġisk. Il-Provinċja kollha se tkun miġbura l-Knisja tagħna tal-Belt Valletta għal Quddiesa Solenni.
Ser norganizzaw ‘private’ fil-5.15pm mis-Savoy Bus Stop. Biljetti mingħand Simler, Simiana u Marianne Bonaci mhux aktar tard mill-Erbgħa 2 ta’ Ottubru.

Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem

Fr Paul Attard ofm
Kappillan
Mob: 7953 7719.