Mhu ser nieħdu xejn magħna wara mewtna!
1. Il-Ħadd 31 ta’ Lulju : 9.30am Waqt il-quddiesa, Luke Borg Filletti li jgħix barra minn Malta, ser jirċievi l-Ewwel Tqarbina.
2. It-Tlieta 2 ta’ Awwissu : Aħna l-Franġiskani niċċelebraw il-Festa tal-Indulġenza tal-Porziuncola (il-Maħfra ta’ Assisi).
Meta San Franġisk kien f’riġlejn l-Artal tal-Kappella tal-Porziuncola u f’dawl kbir dehrulu Ġesu’ u l-Madonna u qtajja ta’ Anġli.
U Franġisku talab lil Mulej biex jaqla’ l-Indulġenza għall-Maħfra tad-dnubiet għax ried jibgħat lil kulħadd il-Ġenna!
• Biex tintrebaħ l-Indulġenza hemm 5 kundizzjonijiet :
1. Iżżur Knisja Parrokkjali jew Knisja Franġiskana.
2. Titlob il-Missierna u l-Kredu.
3. Tagħmel Qrara tajba.
4. Tirċievi l-Ewkaristija.
5. Titlob skont il-Fehma tal-Papa.
3. L-Għaqda Volontarja Parrokkjali “Il-Ħbieb tas-Santwarju” : Qed tappella għal membri ġodda. Dawk li jħobbu s-Santwarju u jixtiequ jidħlu membri, huma mitluba biex ikellmu lil Kappillan jew lit-Teżorier tal-Għaqda fuq in-numru 9976 2775.
4. Il-Ġimgħa 5 ta’ Awwissu : L-ewwel ġimgħa tax-xahar.
Aħna l-Patrijiet filgħodu nżuru lil morda u lill-anzjani tal-parroċċa għal-qrar u t-tqarbin.
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan/Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.