“Kull min jafni jista’ jobsor li l-hsieb tieghi ghalikom illum ikun fuq San Guzepp, tlett ijiem ‘il boghod mill-gurnata li fiha l-Knisja tonora lil dan il-qaddis kbir. Dawn il-jiem huma t-tlett ijiem tat-Tridu, li min jaf kemm hawn Rabtin Guzeppini (mhux biss fir-Rabat!) li qalbhom thabbat ghal memorji ta’ zmienijiet ohra, meta f’zghozitna konna niccelebraw il-festa ta’ dan il-Qaddis b’tant imhabba u devozzjoni.

Il-Papa Frangisku, ddedika din is-sena lil San Guzepp u fid-Dokument  “Patris Corde” – “B’Qalb ta’ Missier” ipprezentalna lil Guzeppi taht titli li jitfghu dawl fuq ir-rwol ta’ Guzeppi fil-Pjan tas-Salvazzjoni.
 
Jista jigrilna li lil Guzeppi, nharsu lejh biss bhala l-istatwa li nohorguha fil-purcissjoni, ndawruha mat-toroq mzejna, akkumpanjata minn banda ferrieha, ncapcpu u nkantawlu. Veru li kollox isir b’imhabba u ammirazzjoni lejn il-Qaddis, meta niftakru fit-Titli li l-Knisja zejnet bihom dan il-Qaddis. Imbaghad, infittxu fl-Evangelji u ma nsibu l-ebda kelma minn fomm Guzeppi. Ghalih ‘tkellmu’ wahedhom is-silenzju, il-kuragg, il-prudenza u l-ubbidjenza fir-rabta shiha li kellu mar-Rieda t’Alla f’hajtu. Kien bniedem ta’ ftit kliem, imma kien bniedem ta’ azzjoni. Il-qdusija ta’ Guzeppi tiddi fis-skiet.
 
Ir-rwol ta’ Guzeppi fil-Pjan tas-Salvazzjoni kien wiehed mill-pedamenti fil-Misteru ta’l-Iben t’Alla maghmul Bniedem. Kien permezz ta’ Marija li Gesu ssawwar bniedem bhalna u kien permezz ta’ Guzeppi, bhala r-ragel ta’ Marija skond il-ligi, li dahhal lil Gesu fl-‘arblu tar-razza’ ta’ Abraham u b’hekk jigi msejjah ukoll ‘Bin David.’
 
Kien Guzeppi li flimkien ma Marija, ghex mill-qrib it-tfulija u z-zghozija ta’ Gesu, veru Alla u veru Bniedem, li twieled mimli bid-Divinita imma bhala Bniedem ried jikber u jkompli jissawwar biex minn tifel isir ragel. Kien Guzeppi li bhal Marija, min jaf kemm-il-darba zamm lil Gesu minn idejh biex jghallmu jaghmel l-ewwel pass, haddnu mieghu biex jikkonslah wara xi bikja, laghab mieghu, dahqu flimkien, irrakuntalu xi storja, iwensu biex jorqod, ghallmu jlissen l-ewwel kelmiet, semghu jghajjatlu “abba – pa”! Bhala r-ragel tal-familja, flimkien ma Marija, hadu s-sinagoga u fit-Tempju, rawmu fl-istorja, t-tradizjonijiet, ir-riti, it-talb bhala iben tal-Poplu Maghzul, Israel. U meta beda jitfarfar hadu mieghu fil-‘workshop’ u hemm Gesu magenb Guzeppi trawwem fis-sengha ta’ ‘tekton’ li tfisser mhux biss haddiem fl-injam imma wkoll fil-gebel u materjal iehor. U bl-ezempju Guzeppi kien xempju ghalih ta’ ragel b’qalb miftuha ghall-ohrajn.
Dan kien Guzeppi. Ir-ragel gust, ir-ragel ta qalb safja, qalb li ma zzommx hazen, bniedem li qeda dak li kellu jaghmel, fid-dell ta’ Gesu u ta’ Marija, fil-‘kwinti’ minghajr daqq ta’ trombi li fid-dar ta’ Nazaret u f’Betlem min jaf kemm-il-darba waqaf ihares lejn Gesu u Marija, jahseb u jirrifletti fuq il-misteru li kien qed jara jsehh quddiemu wara l-esperjenzi li kellu fil-messaggi ta’ l-Anglu.
San Guzepp jista jkun ghalina ispirazzjoni matul il-gimghat li baqa’ tar-Randan, biex minbarra s-sawm tradizzjonali nharsu wkoll lejn ’sawm’ iehor ibbazat fuq is-skiet u s-silenzju.

Qeghdin nghixu f’ambjent mghaggel, mdawrin bi hsejjes, aljenazzjonijiet, giri u tahbit, fejn kulhadd irid jghid tieghu, fejn kulhadd irid jiehu ragun, kulhadd jipponta biex ikun fuq quddiem, fuq kollox u fuq kulhadd.
 
Matul dan il-‘pellegrinagg’ tar-Randan, ejjew insibu mumenti ta’ skiet, ta’ riflessjoni u nistaqsu lilna nfusna “X’inhu l-skop ta’ hajti bhalissa?”  Meta nieqfu nitkellmu, inkunu kapaci nisimghu, inkunu kapaci nzuru l-‘irkejjen’ ta mohhna u qalbna u Alla jkellimna. Ejjew ghal xi hin nitfu l-mobile, it-tablet u nifthu qalbna ghall-Kelma t’Alla fl-Evangelju.

Ejjew ‘insumu’ kif heggigna naghmlu Papa Frangisku, minn kliem zejjed, inwarrbu s-seksik, tpacpic fuq l-ohrajn, tixrid ta’ qlajjiet, inzommu lura minn xi kelma zejda li ssahhan argument u nfittxu kliem li jibnu u jsahhu relazzjoniiet b’mod pozittiv.

San Guzepp jibqa’ ezempju ghalina mhux biss ghal matul ir-Randan imma s-sena kollha! Hu kien ir-ragel li ghex tant fil-qrib ma’ Gesu u ma’ Marija. L-ezempju tieghu iqarribna lejhom jurina t-triq li twassalna ghand Gesu permezz ta’ Marija.

San Guzepp ta’ qalb safja itlob ghalina, ieqaf maghna f’dan iz-zmien ta’ pandemija, harisna kif harist lil Gesu u lil Marija!
 
Il- Mulej iberikna, Ommna Marija tipprotegina, San Guzepp u San Frangisk iwensuna.”

Pauline Darmanin OFS.