1. Direttivi dwar Miżuri ta’ Prevenzjoni ta’  Tixrid tal-Covid-19 : Mill-11 ta’ Marzu sal-11 ta’ April 2021.
L-Isqfijiet flimkien mal-Awtoritajiet tas-Saħħa qalulna hekk :
• JIEQFU l-attivitajiet reliġjużi għan-nies.
• Il-KNEJJES jinfetħu għal ftit ħin ta’ talb privat matul il-ġurnata.
• L-EWKARISTIJA tista’ tingħata lil min jitlobha.
• QRAR jista’ jsir meta jintalab.
• QUDDIES m’għandux isir għall-pubbliku.
Is-Saċerdot jista’ jqaddes fil-privat bil-knisja magħluqa u bla nies.
• Il-FUNERALI jistgħu isiru bil-quddiesa preasente cadavere b’numru ristrett ta’ nies.
In-numru ta’ nies għal Funerali m’għandux jaqbeż il-100 persuna.
In-nies ma’ tistax tinġabar fuq iz-zuntier titkellem wara l-Funeral.
• ŻWIĠIJIET jistgħu isiru b’osservanza stretta u mhux aktar minn 100 persuna.
• MAGĦMUDIJIET jistgħu jiġu ċċelebrati wara l-11 ta’ April 2021.
Magħmudijiet li jsiru qabel il-11 ta’ April 2021, isiru mingħajr Quddiesa.
• L-UFFIĊĊJU PARROKKJALI jinfetaħ biss għal servizzi essenzjali. Is-servizz isir b’appuntament bit-telefown, imejl jew mezzi elettroniċi.
• TQARBIN TAL-MORDA FID-DJAR għandu jibqa’ sospiż. Isir biss f’każ ta’ emerġenza.
2. Is-Santwarju tas-Sacro Cuor qed ikun miftuħ kuljum għat-talb privat : Mis-7.30am sat-8.30am. U mill-4.30pm sal-5.30pm.
3. Il-Fondazzjoni tavża : Li minħabba l-ħsarat li ġarrab is-Santwarju f’Novembru li għadda meta intlaqat minn sajjetta, se tinxtara Kamera ġdida biex jixxandar kemm il-quddies kif ukoll il-Funzjonijiet Liturġiċi kollha ‘online’ fuq l-internet.
Tavża li qed tiġbor Donazzjonijiet biex tinxtara PA System ġdida li wkoll inħarqet bis -sajjetta.
• Kull Donazzjoni għandha tingħata lill-Kappillan jew titpoġġa fil-Kaxxa tal-Fondazzjoni li tinsab ħdejn l-Altar tal-Qalb ta’ Ġesu’, fil-ħinijiet li l-Knisja tkun miftuha. Grazzi ħafna.
Il-Mulej jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan / Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.