Ir-Russja u l-Ukrajna ġew Ikkonsagrati lil Qalb ta’ Marija.
1. Dan il-weekend il-Ġabra se tmur għas-Seminaristi :
U ndawwru l-arloġġ.
Il-Quddies jibda jkun fis-6.30pm minflok fis-6.00pm.
2. It-Tlieta 29 ta’ Marzu : 7.00pm Laqgħa tal-OFS fis-Santwarju. Jitkellem il-Kappillan Fr Paul Attard ofm.
Kulħadd hu mistieden. U tistgħu issegwu minn fuq il-Webcam.
3. L-Erbgħa 30 ta’ Marzu : 6.00pm Quddiesa u Priedka mill-Kappillan lil Operaturi Pastorali (OFS, Kor, Ushers, Letturi, Animaturi, Sta Martha, Ministri tat-Tqarbin, Katekisti u KPP).
4. Il-Ħamis 31 ta’ Marzu : 5.30pm Adorazzjoni Komunitarja.
5. Il-Ġimgħa 1 ta’ April : L-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar.
Il-Patrijiet noħorġu nqarbnu.
6. Donazzjonijiet għall-Ukrajna : S’issa ġbarna 2,100 Ewro.
Grat lejn il-ġenerożita’ tagħkom.
U anke għal-għajnuna lil min hu fil-bżonn qed tkunu ġenerużi ħafna.
7. Is-Sibt 2 t’April : 10.00am Il-Papa jasal Malta. Iżur lill-President tar-Repubblika, lil Prim Ministru, l-Awtoritajiet u l-Korp Diplomatiku. 5.30pm Laqgħa ta’ Talb fis-Santwarju ta’ Pinu, Għawdex.
8. Il-Ħadd 3 t’April : 8.30am Iżur il-Grotta ta’ San Pawl fir-Rabat. 10.15am Quddiesa fuq il-Fosos tal-Furjana.
4.45pm Jiltaqa’ mall-Migranti fil-Laboratorju tal-Paċi.
Fis-6.15pm iħalli Malta.
Quddies ikollna fis-7.00am, fit-8.00am u fis-6.30pm.
9. It-Tnejn 4 sal-Ġimgħa 8 t’April :
9.00am Eżerċizzi fil-Quddiesa minn Patri Walter Vassallo ofm.
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan/Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.