JIENA R-RAGĦAJ IT-TAJJEB
1. L-Erbgħa 28 ta’ April : 6.00pm Novena tal-Madonna tas-Sacro Cuor.
7.00pm Zoom meeting tal-Kummissjoni Pastorali Parrokkjali.
• Se niddiskutu: “Kif nistgħu inżommu l-Kuntatt mall-Parruċċani permezz tat-Teknoloġija”! Speċjalment mal-Anzjani u l-Vulnerabbli, il-Ġenituri tat-Tfal tal-Katekiżmu u l-Abbatini.
2. Il-Ħamis 29 ta’ April : 6.00pm Adorazzjoni Komunitarja. 7.30pm Kors ta’ Kana.
3. Il-Ħadd 2 ta’ Mejju :
Se terġa tinfetaħ il-Kappella tal-Adorazzjoni “Il-Mulej il-blata tiegħi”.
Wara l-Quddiesa tad-9.30am issir Proċessjoni għall-Kappella li ilha sena magħluqa minħabba l-Covid-19.
• Grazzi lil Karmenu Formosa li ħa ħsieb il-manutenzjoni.
• Il-Kappella tinfetaħ kuljum. Ħinijiet jitħabbru iktar il-quddiem.
• Inżommuha sempliċi biex iċ-ċentru jkun Ġesu’ Ewkaristija.
• Ikun hemm ix-Xema’ tixgħel biż-żejt, il-Bibbja u Pjanti naturali.
4. Il-Fondazzjoni għadha kemm ħallset is-somma ta’ 13.593 ewro : bħala t-tieni pagament għax-xiri tal-Lift tas-Santwarju.
• Baqa’ l-aħħar pagament ta’ 6,456.74 ewro li jrid jitħallas hekk kif jibda jintuża, fi ftit ġimgħat oħra.
• Il-Fondazzjoni tappella għal aktar donazzjonijiet biex tkun f’pożizzjoni li tgħin fi proġetti oħra urġenti, kemm fis-Santwarju u kemm fil-Kunvent.
• “Alla jħobb lill min jagħti bil-ferħ”, jgħallimna Missierna San Pawl.
• Kull donazzjoni għandha tingħata lill-Kappillan jew titpoġġa fil-kaxxa tal-Fondazzjoni li tinsab ħdejn l-Altar tal-Qalb ta’ Ġesu’. Grazzi ħafna.
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan/Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.