Gheziez huti fl-Ordni Frangiskan Sekular,
Illum ser inkellimkom fuq suggett li forsi ma tantx hu pjacevoli imma l-ghaziz qaddis Malti , San Gorg Preca kien ihobb ta’ spiss jghallem fuqu. Qed nirreferi ghal dawk li ahna nsejhulhom in- Novissimi. Dan huwa ezercizzju spiritwali li kull nisrani ghandu spiss jaghmel uzu minnu billi jahseb ftit fuqhom. Dawn huma: Mewt, Gudizzju, Infern u Genna.
Tajjeb li wiehed kultant jahseb fuq il-mewt? X’ tahsbu? Ta’ min wiehed jiftakar li ahna m’ahniex ghal hawn ghal dejjem. Huwa fatt maghruf li kull min jitwieled irid xi darba jmut. Ma tantx niehdu gost nahsbu fuq il-mewt u tistaqsi li min tistaqsi zgur li kulhadd jghidlek li ma’ jixtieqx imut. Kulhadd jaghmel li jista’ biex itawwal l-ghomor tieghu b’kull mezz li x-xjenza u l-medicina joffrulna . Madankollu l-ghaziz missierna San Frangisk kien isejjah lil mewt ohtu. Dan ghaliex huwa kellu fidi shiha li l-mewt kienet se twasslu hdejn Dak li hu tant habb u ried jimitha f’hajtu. Ghal min jghix hajja tajba il-mewt tiftahlu bieb ghal hajja ohra, hajja ferm ahjar minn dik li qed nghixu fiha. Ahna bhal San Frangisk nemmnu b’fidi soda li jekk naqdu d-dmirijiet taghna kif irid Alla zgur li l-mewt ma teqridniex anzi twellidna ghall-hajja ta’ dejjem. Ghalhekk importanti hafna li bhal- iscouts inkunu dejjem preparati ghax kif jghid il-qawl. “Mewt u xita Alla jaf meta”
Nghaddu ghat-tieni item fuq l-agenda. -Il-Gudizzju. Meta ahna nghalqu ghajnejna ghal din id-dinja nidhru quddiem il-Mulej Alla taghna u hemm isir il- Gudizzju taghna. Alla gust u hanin zgur li ser jaghtina dak kollu li jixirqilna. Alla jfakkarna fin-nuqqasijiet taghna u l-ghemejjel tajba li nkunu ghamilna matul il-hajja taghna u imbaghad niehdu il- premju li huwa ilu li lesta ghalina, dejjem jekk ahna nkunu ghamilna ir-rieda mqaddsa tieghu. Meta Gesu’ kien fid-dinja huwa ghallimna wkoll dwar il-Gudizzju Universali meta Gesu’ se jghidilna biex nersqu lejh ghax kien bil-guh u tmajnieh, kien bil-ghatx u sqejnieh, kien gheri u libbisnieh, kien bla dar u lqajnieh f’darna, kien marid jew il-habs u morna nzuruh ghax dak li nkunu ghamilna ma’ l-izghar fost dawn hutna nkunu ghamilnieh Mieghu. Qalilna wkoll li dawk li ghall-kuntrarju hallewh bil-guh, bil-ghatx, gheri, bla saqaf fuq rasu, abbandunat fl- l-isptarijiet taghna u l-habs dawn jitkeccew minn quddiemu. Ghalhekk mhux bizzejjed li ahna mmorru l-Quddies u nghidu hafna talb iehor , li hu tajjeb hafna fih innifsu, imma rridu wkoll nkunu posittivi, jigifieri inkunu ta’ spalla ghal hutna inqas ixxurtjati minna.
Jifdal imbaghad l-ahhar zewg items. – Infern jew Genna. Naturalment wara il-gudizzju wiehed jiehu il-premju jew allahares qatt il-kastig. Tajjeb li wiehed kultant jahseb ftit fl-infern ghax dan jezisti tafux allavolja d-dinja tipprova tnessihulna jew tghidilna li ma jezistix. Nafu li l-infern gie muri lil Santa Fawstina u lit-tfal ta’ Fatima u dawn qalulna li kienet esperjenza tal-biza’. Mhux hekk il-Genna . L-appostli Pietru, Gwanni u Gakbu meta esperjenzaw ghal ftit mumenti il-glorja tal-Genna fuq it-Tabor meta Gesu’ nbidel quddiemhom, ma xtaqux jitharku minn hemm. Sahansitra qalu lil Gesu’ biex jibnu t-tined biex jibqghu hemm igawdu dak il-ferh li mlielhom qalbhom. Dan lesta huti Alla ghalina u ghal dawk li jhobbuh.
Nispera li ma dejjaqtkomx hafna b’dan il-messagg tieghi illum imma nhoss li fid-dinja li qed nghixu fiha illum fejn il-bniedem mitluf fuq il-pjacir sfrenat li toffri d-dinja kultant naghmlu tajjeb jekk nieqfu nahsbu ftit fin-Novissimi. Dawn ghadhom attwali ghall-hajja tal-lum u jkunu ta’ ghajnuna kbira ghalina sabiex ahna naslu fejn nixtiequ naslu – fil-Glorja tal-Genna.
Nsellmilkom.
Paci u sliem
Joe Debono ofs
0 Comments