1. Il-Ġabra speċjali Strina għall-Patrijiet :
Kienet €750.02. Grazzi mill-qalb.
2. Is-Sibt 16 ta’ Jannar :
Se jiġi organizzat Seminar mill-Unita’ tas-Sliema għall-Membri tal-K.P.P. 9.30am Niltaqgħu fil-Knisja ta’ Stella Maris.
3. Ikel għal min hu fil-bżonn :
Grazzi lil Lion’s Club, l-Iskola Stella Maris u lil Caritas.
4. Din il-ġimgħa ġie ffirmat il-kuntratt għal-lift ġdid fis-Santwarju u l-Kunvent :
Il-Fondazzjoni ħallset l-ewwel pagament ta’€6,683. Kull għajnuna tiġi apprezzata ħafna. Il-Mulej Ġesù u s-Sultana tagħna, ibierku l-ġenerożità tagħkom.
5. Min hu interessat li jissieħeb f’siegħa Adorazzjoni fid-dar : Javviċina lil Kappillan.
6. Persuna rnexxielha tisgassa l-Vetrina tal-Bookshop :
Il-Pins, l-Avviżi u c-Charts minn Notice Boards ilhom jiġu meħudha. Jingħata rigal xieraq min jaqbad lil din il-persuna!
7. Issuġġerewlna li nġibu Espert fuq is-Sajjetti :
Biex jara x’inhu li qed jattira s-sajjetti u jagħmel ħsarat kbar fil-knisja u fil-kunvent tagħna u fid-djar ta’ madwarna.
Ikkuntattjajna kumpanija li qed tagħmel rapport dettaljat. Inkompli naġġornakom.
8. L-Arċisqof fil-Kulleġġ tal-Kappillani ħeġġeġ lil Kappillani u lil Parruċċani biex jieħdu l-vaċċin tal-Covid biex nipproteġu lil xulxin : Huwa rringrazzja lil dawk il-Kappillani li baqgħu isegwu d-Direttivi tal-Awtoritajiet tas-Saħħa.
9. Il-Grupp Santa Marta li jagħtu servizz impekkabbli bil-ħasil tal-knisja :
Qed isibu ħafna tissues użati mal-art.
Bħalissa iktar minn qabel mhux il-waqt li nitfgħu tissues fl-art.
Il-Mulej jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan / Gwardjan
Mob: 2131 3505 / 7953 7719.