NEWSBOOK

BABYMinn Julia  Callus  –  06/12/15 09:22 AM

 

Illum se ssir mixja favur il-ħajja fil-Belt Valletta.

Ir-Rally4Life se tibda fis-2pm quddiem Kastilja, tgħaddi minn Triq il-Merkanti, Triq San Ġwann u tispiċċa fi Triq ir-Repubblika quddiem il-Parlament il-ġdid.

Preżenti għal mixja se jkun hemm Gianna Jessen, mara li salvat wara li ommha riedet tagħmel l-abort f’seba’ xhur u nofs tat-tqala, li se tkun qed titkellem dwar l-esperjenza tagħha.

Ma’ Newsbook.com.mt Gianna diġa’ wriet it-tħassib tagħha dwar is-sitwazzjoni f’Malta, filwaqt li staqsiet “Min aħna biex nagħżlu min għandu jitwieled u min le?”.

Il-mixja qed tiġi organizzata mil-Life Network Foundation.