Illum 26 ta’ Lulju, il-Knisja Kattolika ticcelebra l-festa ta’ Sant’Anna u San Gwakkin, meqjusa bhala l-genituru ta’ Ommna Sidtna Marija.
Min kienu dawn iz-zewg persunaggi?
Isimhom ma jidher imkien fl-Iskrittura. Dak li nafu fuqhom gej minn tradizzjoni antika bbazata fuq kitba Apokrafa tat-Tieni Seklu, kitba li ma tiffurmax parti mill-Kotba Sagri ta’ l-Iskrittura.
Xorta jibqa l-fatt li Sidtna Marija kellha genituri!
It-tradizzjoni li nbniet madwar dawn iz-zewg personaggi tghid, li Anglu wieghed it-twelid ta’ Marija lil din il-koppja avvanzata fl-eta, li kkonsagraw lil din it-tfajla lil Alla. Nifhmu li Marija trabbiet f’atmosfera ta’ mhabba ta’ familja maghquda, qrib ta’ Alla u r-Rieda Tieghu.
Il-kobor ta’ dawn iz-zewg persunaggi jinsab fil-fatt li permezz taghhom sehh l-intervent Divin biex Marija giet ikkoncepita minghajr tebgha, u b’hekk inbeda l-process tal-Pjan tas-Savazzjoni ~ id-dikjarazzjoni Dommatika tal-Knisja Kattolika ~ Immakulata Kuncizzjoni.
ll-Papa Frangisku jara f’dawn iz-zewg personnaggi mhux biss mudell ghan-nanniet, ghaliex huma meqjusa bhala n-nanniet ta’ Gesu, imma wkoll mudell ghall-Anzjani. Fl-Angelus tal-Hadd 31 ta’ Jannar 2021, huwa ddikjara r-raba’ Hadd ta’ Lulju, li jigi qrib il-festa ta’ Sant’Anna u San Gwakkin, jigi ddedikat lin-Nanniet u l-Anzjani.
Ghal Papa Frangisku, in-nanna tieghu ‘nonna Rosa’, ghamlet effett kbir fuq hajtu, hekk kif kien jghaddi hin twil kulljum ghandha, u baqa’ jgorr it-tifkiriet u l-hsiebijiet spiritwali tul hajtu. U ghalhekk, f’diversi okkazjonijiet, il-Papa jishaq li l-anzjani dejjem jibqaghlhom kontribut, anki jekk mhumiex nanniet. Hu jghid li, tkun anzjan huwa rigal ghaliex l-anzjani huma l-holqa bejn generazzjoni u ohra, holqa li tghaddi l-esperjenzi ta’ hajja u fidi lill-generazzjoni zaghzugha. Il-vuci ta’ l-anzjani taf tkun prezzjuza ghax thares l-gheruq ta’ poplu.
Meta l-Mulej jislifna l-ghomor, nistghu nibdew nahsbu li nirtiraw u nhossu li ma jkunx baqaghlna kontribut x’naghtu lill-familja, lill-komunita`, lis-socjeta.
Imma ghal Mulej m’hemmx mument ta’ irtirar ta’ l-eta`!
Papa Frangisku, filwaqt li jinkludi lilu nnifsu bhala anzjan, stqarr li meta kellu 76 sena, iz-zmien li kellu jirtira, u kien qed jahseb li ma kellu xejn gdid xi jwettaq f’hajtu, il-Mulej urih li kellu jkun l-Isqof ta’ Ruma, jigifieri Papa!
Il-Papa jkompli li ghalkemm kbar fl-eta`, l-anzjani, nanniet jew le, ghad baqaghlhom bzonn li jkomplu jistaqsu lilhom infushom “X’inhi l-vokazzjoni tieghi llum?”
Il-vokazzjoni taghna tibqa’ hajja dejjem, ghandek kemm ghandek eta’, intix nanna/nannu jew le, vokazzjoni li nibqghu nharsu l-gheruq taghna bhala Kattolici, li nghaddu l-Fidi, nsahhu l-valuri, li nipprotegu u nzommu hajja l-memorja ta’ esperjenza ta’ poplu.
Ejjew insahhu din il-holqa mal-generazzjoni zaghzugha! Ma nistennewx li z-zghar u z-zaghzagh jersqu lejna. Infittxu modi kif nifthu passagg ta’ komunikazzjoni maghhom, billi nuru nteress fl-attivitajiet taghhom, fil-hbieb taghhom, fl-esperjenzi edukattivi taghhom, minghajr kritika, minghajr fittagni, imma b’imhabba.
Ma ninsewx li l-isbah wirt li qatt nistghu nhallu liz-zghar taghna mhumiex id-deheb u l-gojjelli, il-flus, ix-shares fil-banek, proprjeta, investimenti ta’ flejjes kbar, imma wirt ta’ valuri ta’ Imhabba u Fidi.
Il- Mulej iberikna, Ommna Marija tipprotegina, San Guzepp u San Frangisk iwensuna.
Pauline Darmanin ofs
0 Comments