“Il-Proxxmu Tiegħi Min Hu?”

1. Il-Kappillan irodd ħajr lil Mulej u lil Parruċċani kollha : Tal-Festa sabiħa u tal-Purċissjoni devota lis-Sultana Tagħna tal-Qalb Ħelwa ta’ Ġesu’.

Grazzi lil kull min ipparteċipa u lil dawk kollha li taw sehemhom ġol-knisja kif ukoll barra l-knisja.

Nitlob il-Barka fuq il-Parroċċa kollha speċjalment fuq il-Morda tagħna.

2. Il-Kappillan jixtieq jirringrazzja lil kulħadd : tat-Talb u tas-Sapport waqt li ommu kienet l-isptar fil-ġimgħa tal-festa. Issa tinsab lura l-‘Home’ Sta Katerina.

3. It-Tlieta 16 ta’ Lulju : 7.00pm Ser jiltaqa’ l-‘Core Group’ tal-Abbatini fejn l-Uffiċċju Parrokkjali mal-Gwardjan u Bro Lorrie.

4. Is-Sibt 20 u l-Ħadd 21 ta’ Lulju : Open Weeken il-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana. Il-Viżitaturi jkunu jistgħu jduru mal-bini tal-Kurja. U ser jittellgħu Wirjiet tal-arti, kunċerti, guided tours u attivitajiet oħra. Aktar informazzjoni tinsab fuq il-website: http://www.knisja.mt

Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem

Fr Paul Attard ofm
Kappillan
Mob: 7953 7719.