Hevel… Frugha tal-Frughat
Steve Jobs huwa l-isem sinonimu mad-dinja tal-Kompjuter, ma l-Apple, il-Macintosh u l-iPhone. Kien bniedem brillanti, il-bniedem li bl-ideat tieghu fetah dinja gdida fuq is-sistema digitali. Sar biljunarju.

Miet meta kellu 56 sena wara taqbida mal-kancer. Meta kien jaf li qed joqrob lejn it-tmiem ta’ hajtu ghadda messagg qawwi li dar id-dinja kollha. Stqarr li l-fama u l-gid spiccaw ma jfissru xejn meta ra li hajtu waslet fit-tmiem. Qal li arlogg li jiswa $300 jew $30 jurik l-istess hin, karozza li tiswa $150,000 jew $30 xorta twasslek fejn trid tmur, xorta wiehed jista jhossu wahdu sew jekk jghix f’dar grandjuza u sew jekk jghix f’dar zghira. Ghalhekk il-veru ferh ma jigix mill-affarijiet materjali ta’ madwarna, imma minn dak li hemm fil-qalb.
Dawn huma l-istess sentimenti ta’ l-awtur minn Koholet (Ktieb mill-Antik Testment) (1:2; 2:21-23) perunagg attribwit lir-Re Salamun, meta f’eta avvanzata jhares lura lejn il-gid, il-palazzi, il-poter, il-fama li gawda matul hajtu jigbor kollox f’erba’ kelmiet “ O frugha tal-frughat! Kollox frugha,” “ Hevel”, il-kelma Ebrajka b’tifsira ta’ fwar, duhhan, u li tigbor fiha s-sens ta’ frugha.
Nergghu niltaqghu ma’ dawn is sentimenti minn fomm Gesu fil-parabbola tar-ragel ghani li bena mhazen fuq imhazen biex jahzen il-qamh u l-gid li kellu, biex wara jkun jista jiekol, jixrob u jixxala. U ma gawda xejn ghax hajtu ntemmet ftit wara. ( Lq. 12: 13-21).
Missierna San Frangisk jaghtina l-ezempju meta tnezza minn kollox ghaliex ried jghix fil-prattika s-sejha, “Jekk trid tkun perfett, mur bigh il gid u kulma ghandek u aghtih lil foqra. U jkollok tezor fis-sema” (Matt. 19:20)
Is-sejha li timxi fuq il-passi ta’ Frangisku hija sejha singulari moghtija lil xi whud.
Fid-dinja materjalista tal-lum x’inhu l-messagg ghalija, bhala nisrani, bhala Frangiskan Sekular?
Is-sejha ghal kull nisrani hija li filwaqt li ahna ngawdu l-gid, is-sodisfazzjon u s-success tax-xoghol, tal-familja, fl-istima li nistghu ngawdu fis-socjeta , li huma kollha esperjenzi sbieh u tajbin, ma nispiccawx iggranfati maghhom, b’mod li npoggu l-kuntententizza taghna tiddependi minnhom.
Inkunu qed nghixu s-Sejha Evangelika meta filwaqt li nghixu, ngawdu u napprezzaw l-esperjenzi sbieh tal-hajja, nhalluhom ghaddejjin, bhal bziezaq tas-sapun li jonfhu t-tfal fil-loghob… li jidhru sbieh ikangu l-kuluri fid dawl u mbaghad jispiccaw fix-xejn, bhal loghob tan-nar tal-festa. . . hoss, kuluri u mbaghad duhhan, cpar u bahh.
Meta nzommu l-harsa taghna fuq il-Mulej, jirnexxilna nharsu u nghozzu dak li hu verita, dak li hu tajjeb u sabih, dak li ma jispiccax fix-xejn. B’hekk inkunu nistghu nilqghu f’hajtna l-opportunitajiet pozittivi li taghti d-dinja minghajr ma nintrabtu maghhom, u nkunu qed nilqghu l-istedina tal-Mulej, “Henjin il-foqra fl-ispirtu ghax taghhom hija s-Saltna tas-Smewwiet” (Mt. 5:3)
Dak li niehdu maghna huwa biss dak li ngorru go fina: l-Imhabba lejn Alla u lejn l-ohrajn.
Hekk biss, minn issa nahznu Tezor li ma jispicca qatt.
Il- Mulej iberikna, Ommna Marija tipprotegina, San Guzepp u San Frangisk iwensuna.
Pauline Darmanin, OFS
0 Comments