Reġistrazzjoni tat-Tfal tal-Katekiżmu 2022 – 2023.
1. Il-Ħdud 18 u 25 ta’ Settembru : 10.15am san-11.45am inkomplu bir-Reġistrazzjonijiet għall-Klassijiet tal-Katekiżmu 2022-2023. – Is-Sena Kateketika tiftaħ fil-ġimgħa li tibda t-Tnejn 10 ta’ Ottubru.
– Mar-Reġistrazzjoni jsir il-booking tal-Kotba tal-Katekiżmu.
2. Din il-ġimgħa l-Uffiċċju jkun magħluq :
Il-Kappillan se jkun qed jagħmel l-Irtir tas-sena fil-kunvent ta’ Għawdex ma’ Patrijiet oħra.
3. Il-Ħadd 25 ta’ Settembru : 9.30am Fil-Quddiesa, it-Tfal kollha jġibu l-Basktijiet tal-Iskola u jsir it-Tberik tagħhom biex jagħtu bidu għas-sena skolastika bil-barka.
L-SMT, Għalliema u LSE’s huma mistiedna biex jattendu.
Tingħata Tifkira żgħira lit-Tfal li jattendu.
4. L-Erbgħa 28 ta’ Settembru : 6.30pm Vestizzjoni tal-Membri ġodda fil-Fratellanza tal-Madonna tas-Sacro Cuor bi preparazzjoni għar-4 Anniversarju mill-Inkurunazzjoni tal-Istatwa tal-Madonna tas-Sacro Cuor.
Min jixtieq jinkiteb ikellem lil Joe Debono jew lil Marianne Bonaci.
5. Il-Ħamis 29 ta’ Settembru : Infakkru r-4 Anniversarju tal-Inkurunazzjoni.
Bejn id-9.30am u l-5.00pm issir Maratona tat-Talba tar-Rużarju kull nofs siegħa.
Fis-6.30pm Quddiesa konċelebrata mal-W.R.P.Twanny Chircop ofm Ministru Provinċjal.
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan / Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.