1. L-Erbgħa 3 ta’ Ġunju : Huwa r-4 Erbgħa f’Ġieħ is-Sultana
tal-Qalb ta’ Ġesu’.
8.15 am – Tifħir ta’ Sbieħ il-Jum. 8.30 am – Quddiesa.
11.30 am – Rużarju.
5.30 pm –Novena Perpetwa. 6.00 pm – Quddiesa, Antifona
u Barka Ewkaristija.

2. Il-Ħamis 4 ta’ Ġunju : 5.30pm Adorazzjoni + 6.00pm
Quddiesa b’Omelija.

3. Il-Ħadd 7 ta’ Ġunju : Festa tat-Trinita’ Qaddisa. Niftakru
fil-15 il-Tifel u Tifla li kellhom jirċievu lil Ġesu’ Ewkaristija
għal ewwel darba. Iktar il quddiem naraw meta ser ikun
possibbli li nagħmluhom Festa sabiħa. Nitolbu għalihom.

4. Direttivi Ġodda dwar il-Funerali :
• 20 Persuna biss jistgħu jattendu għall-Funeral fil-Knisja.
• Jiġu mgħotija Biljett ittimbrat u bid-data tal-funeral.
• Fil-Bieb tal-Knisja tittieħed it-Temperatura tad-deni.
• Kull Persuni tuża s-Sanitizer preparat fil-Knisja.
• Waqt il-Quddiesa fl-ebda ħin m’għandu jkun hemm Kuntatt
Fiżiku ma’ persuni oħra (l-anqas fil-għoti tal-paċi).
• Ma jsirx Kant u lanqas Omelija u lanqas sharing ta’
Mikrofonu.
• Jinqara Qari wieħed biss qabel is-Salm u l-Vanġelu.
• Għat-Tqarbin, il-persuni jibqgħu f’posthom u jkun is-
Saċerdot li jmur iqarben fl-Idejn lil dawk preżenti b’Maskra
jew Visor.
• L-Istqarrija ta’ fidi fejn is-Saċerdot jgħid “Il-Ġisem ta’ Kristu”
u l-Persuna li qed Titqarben twieġeb “Ammen” tingħad
Darba biss minn fuq l-Artal.
• Fi Tmiem kulħadd joħroġ b’mod ordnat u nżommu d-
distanza minn xulxin.
• Wara l-Quddiesa ssir id-Diżinfestazzjoni tal-Bankijiet jew
tas-Siġġijiet.
• Li l-Awtoritajiet tas-Saħħa għandhom dritt jagħmlu
‘Inspection’ fil-Knejjes.

5. Il-Kunsill Lokali tas-Sliema :
Se jerġa’ joffri s-Servizz tal-Karozza tiegħu mill-1 ta’ Ġunju
b’dawn id-Direttivi:
• Tirkeb persuna waħda.
• Id-Driver u l-Passiġġier jilbsu l-Maskra il-ħin kollu.
• It-Twieqi jkunu miftuħin il-ħin kollu u l-Arja Kondizzjonata
tkun mitfija.
• Il-Passiġġier juża s-Sanitizer meta jidħol fil-karozza.
• Ċemplu lil Kunsill meta tixtiequ tagħmlu użu minn dan is-
Servizz.
Segwi Live Streaming mis-Santwarju Madonna tas-Sacro
Cuor fuq:

www.skylinewebcams.com/…/slie…/sacro-cuor-parish-church.html

fr paul attard ofm

Kappillan