1. Ġabra għall-Papa : €410. Napprezzaw jekk tgħaddulna Weraq għal Fjuri tal-Festa.

2. Il-Ħadd Il-Ħadd 30 ta’ Ġunju : Festa tat-Tfal.
• 10.15am Ninġabru ħdejn iċ-Ċentru. Mixja bl-Istatwa tal-Madonna. 11.00am Quddiesa bit-Tberik u l-Preżentazzjoni tat-Tfal u tat-Trabi lis-Sultana Tagħna.
• 8.30pm B.B.Q. tal-Festa fil-Każin. Prezz €15 (Tfal €8).

3. It-Tnejn 1 ta’ Lulju : 6.30pm Quddiesa għall-Benefatturi. 7.30pm Programm Mużikali fil-Knisja. Tingħata Tifkira lil min ħa sehem fil-Festi Ċentinarji.

4. It-Tlieta 2 ta’ Lulju : Jum l-Anzjani. 6.30pm Quddiesa u Riċeviment fuq iz-Zuntier. 9.00pm Festa Familja miż-Żgħażagħ Sacro Cuor fi Triq San Trofimu.

5. L-Erbgħa 3 ta’ Lulju : L-1 Jum tat-Tridu. 5.45pm Novena Perpetwa. 6.15pm Talb tal-Għasar. 6.30pm Quddiesa u Priedka minn P. Stephen Magro ofm. 8.30pm Marċ fit-toroq.

6. Il-Ħamis 4 ta’ Lulju : It-2 Jum tat-Tridu. 5.45pm Novena Perpetwa. 6.15pm Talb tal-Għasar. 6.30pm Quddiesa. 8.30pm Marċ fit-toroq.

7. Il-Ġimgħa 5 ta’ Lulju : It-3 Jum tat-Tridu. 5.45pm Novena Perpetwa. 6.15pm Talb tal-Għasar. 6.30pm Quddiesa. 8.30pm Marċ fit-toroq. 10.00pm Manifestazzjoni Marjana quddiem l-Għassa ta’ tas-Sliema b’Feature mill-Abbatini u l-Pageant Group tal-Parroċċa.

8. Is-Sibt 6 ta’ Lulju : Lejlet il-Festa. 9.00am Quddiesa bit-Te Deum. 4.30pm Rużarju. 5.00pm Quddiesa. 6.00pm Translazzjoni Solenni. 7.30pm u 8.30pm Marċi fit-toroq minn Baned differenti. 9.30pm Programm Mużikali u Vokali mill-Banda Ċittadina “Sliema”. 9.45pm Ħruq tan-Nar tal-Ajru. 10.30pm Musical Show tan-Nar. 11.00pm Ħruq tan-Nar tal-Art. 11.30pm Marċi fit-toroq mill-Banda Ċittadina “Sliema”.

9. Il-Ħadd 7 ta’ Lulju : Jum il-Festa. 7.00am Quddiesa bit-Tifħir ta’ Sbieħ il-Jum. 8.30am Konċelebrazzjoni Solenni bil-Paniġierku minn P. Michael Camilleri OP. 10.30am Marċ Tradizzjonali. 6.00pm Quddiesa u Talb tal-Għasar. 7.00pm Marċ fit-toroq. 7.30pm Purċissjoni bl-Istatwa Inkurunata akkumpanjata mill-Baned. 10.30am Dħul tal-Istatwa.

9. It-Tnejn 8 ta’ Lulju : L-Uffiċċju jkun Magħluq.

10. Kummissjoni Festa tavża : Fuq iz-Zuntier qed isir bejgħ ta’ souvenirs tal-Festa. U Lotterija ta’ Kwadru tal-Madonna tas-Sacro Cuor magħmul bl-idejn minn Parruċċana.

Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem

Fr Paul Attard ofm
Kappillan

Mob: 7953 7719.