CORPUS CHRISTI 2019

1. Il-Ħadd 23 ta’ Ġunju : Corpus Christi. Is-Sibt fis-7.15pm issir il-Purċissjoni.

2. It-Tlieta 25 ta’ Ġunju : 10.00am Tombla b’risq il-Kunvent fil-Kunvent. Prezz
€12 li jinkludi logħob tal-Bingo u l-Ikel.

 7.00pm Laqgħa tal-LGBTIQ fl-Uffiċċju tal-Kappillan.
 7.15pm L-OFS ikollhom it-Taħdita minn Peter Darmanin bis-suġġett “L-Ispirtu
Franġiskan imexxina”. Issir fis-Sala tal-OFS, ħdejn l-Uffiċċju tal-Kappillan. Din
hi l-aħħar laqgħa qabel il-vaganzi tas-sajf.

3. L-Erbgħa 26 ta’ Ġunju : 8.45am Il-Kumm. Anzjani se torganizza ħarġa ta’ nofs
ta’ nhar bil-Quddiesa fil-Knisja tar-Redentur. Wara jieħdu Café’. Tluq mis-Savoy
Bus Terminus.
 5.45pm L-aħħar Erbgħa bi preparazzjoni għal Festa Titulari.

4. Il-Ħamis 27 ta’ Ġunju : 5.00pm Adorazzjoni Ewkaristika u Vjatku Solenni fl-
okkażjoni tal-Festa. Isir it-Tqarbin lil morda waqt il-Vjatku.

5. Il-Ġimgħa 28 ta’ Ġunju : Festa tal-Qalb ta’ Ġesu’. 9.30am san-12.00pm
Adorazzjoni. 5.00pm Espożizzjoni tal-Ewkaristija. 6.30pm Quddiesa
Konċelebrata.
7.15pm Purċissjoni sal-bitħa tas-Sorijiet Franġiskani u lura.

6. Is-Sibt 29 ta’ Ġunju : 6.30pm Jingħata l-Mandat lir-Reffiegħa tal-Vara.
 Wara l-quddiesa jkun hemm il-Ħruġ tal-Vara minn Niċċa.

7. Il-Ħadd 30 ta’ Ġunju : Festa tat-Tfal.
 10.15am Ninġabru ħdejn iċ-Ċentru. Nimxu bl-Istatwa tal-Madonna u tittella’
fuq il-Kolonna mal-wasla fejn il-Knisja. 11.00am Quddiesa. Wara jkun hemm
it-Tberik u l-Preżentazzjoni tat-Tfal u tat-Trabi lis-Sultana Tagħna.
 8.30pm B.B.Q. tal-Festa taħt it-Tinda fil-Bitħa tal-Każin tal-Banda Sliema.
Ikel: Tiġieġ jew Ħut, Inbid u Deserta. Ikun hemm Entertainment. Prezz €15
(Tfal €8). Bookings mill-Bar tal-Każin jew Brian Vigar.

8. L-Abbatini : Għandhom id-DVD tal-“Ġrajjiet Imġedda” għal bejgħ fil-
Bookshop.

9. Kummissjoni Festa tavża :
 Fuq iz-Zuntier : Qed jinbiegħu xi ‘gadgets’ relatati mall-Festa, kif ukoll
Lotterija.
 It-Tnejn 24 ta’ Ġunju : 7.30pm Bingo minflok nhar l-Erbgħa.
 Il-Ġimgħa 28 ta’ Ġunju : 8.30pm Bingo Night fit-triq tal-Kunvent.

 Bukkett ta’ Mħabba : Għal min jixtieq li flok bukketti tal-fjuri jagħti Għotja ta’
Flus lil Brian Vigar.

Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem

Fr Paul Attard ofm – Kappillan –
Mob: 7953 7719.