1. Qed niċċelebraw l-aħħar jum tal-festa ta’ San Franġisk. Fid-9.30am Quddiesa għat-tfal
li fiha jwasslulna messaġġ permezz ta’ Play.
Fl-10.30am toħroġ il-Purċissjoni u fl-aħħar isir it-tberik tal-annimali fuq iz-zuntier.
Ikun hawn xorta l-Quddiesa tal-11.00pm.

2. Matul ix-xahar ta’ Ottubru ir-Rużarju jsir quddiem Ġesu` Sagramentat.
Għada t-Tnejn jibda l-Katekiżmu tat-tfal.

3. Nhar it-Tlieta 10 ta’ Ottubru jibdew il-laqgħat tal-O.F.S. wara l-Quddiesa ta’ filgħaxija
ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. L-ewwel laqgħa ssir mill-Kappillan.
Fil-Knisja ta’ Stella Maris se jiltaqa` l-Grupp ta’ San Piju tal-Pjagi fl-4.30pm.

4. Minn nhar il-Ħamis 12 ta’ Ottubru minbarra l-Adorazzjoni qabel il-Quddiesa, wara se nibdew il-Lectio Divina, u se janimaha is-Sur Paul Mamo. Stedina miftuħa għal kulħadd għal mument ta’ faraġ f’ħajjitna.

5. Nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Ottubru fis-7.00pm se ssir laqgħa importanti fil-Knisja għall-ġenituri tat-tfal li jattendu il-Katekiżmu. Importanti ħafna li jiġu għall-laqgħa.

6. Se jibda l-booking għall-Quddies tas-sena d-dieħla 2024. Għal kull Quddiesa tingħata donazzjoni ta’ €7. Min iħallas b’cheque jindirazzah “Patrijiet Franġiskani Sliema”.

7. Nhar is-Sibt 14 u l-Ħadd 15 ta’ Ottubru, ġol-Kazin Banda Sliema se jsir Bejgħ ta’ Loose Furniture ġodda u second hand bejn 9.00am u 12.00pm u 4.00pm u 7.30pm.

8. L-ammont li nġabar fl-Ewwel Ħadd t’ Ottubru b’ risq il-festa ta’ San Franġisk u l-bżonnijiet tal-Knisja kien €998.66 donazzjonijiet u €1,025.00 il-ġabra. B’ kollox €2,023.66.
Nirringrazzjawkom għal din il-ġenerożita` u għall-ħidma u s-servizzi li tajtu biex stajna niċċelebraw il-festa.

9. Matul din il-ġimgħa għaddew għall-Ħajja ta’ Dejjem Raymond Suda u Carmelo Gatt.
Agħtihom Mulej il-Mistieħ ta’ dejjem…

P. Martin Coleiro O.F.M.

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433