Nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Jannar hija l-festa ta’ Ġesù Ħabib.
Fil-5.30pm ikun hemm ir-Rużarju;
Fil-5.55 tingħata l-Barka Sagramentali;
Fis-6.00pm issir Quddiesa konċelebrata u jqaddes il-Kappillan tal-Balluta, P. Joe Saliba O.Carm.
Fl-aħħar tal-Quddiesa jiġi ppreżentat ċekk tal-ġbir kollu ta’ sena sħiħa għal ħutna fil-bżonn. Ser tibbenefika minn dawn il-flus miġbura omm li għandha binha ta’ 7 snin li kellu twelid normali imma wara menengite, la jara u lanqas jitkellem. Nitolobu ħafna għal din l-omm u għal binha.
Kif tispiċċa l-Quddiesa, ikun hemm riċeviment għal dawk kollha preżenti fit-tieni sular taċ-Ċentru Pastorali Ġesù Ħabib.
Il-Kappella tinsab fi Triq P. Marjanu Vella.
Dakinhar tal-festa ser jiġu imnehdija żewġ CDs bl-istorja tal-Kappella. Il-prezz huwa ta’ 2 ewros.
Fr Eddie Pace OFM – Rettur
Prosit Fr. Eddie ta’ l-inizzjattiva favur dik il-familja fil-bzonn. Imhabba tal-proxxmu fil-prattika.
Wߋuld lovee to forever get updated outstanding blog!
Really wonderful information can be found on blog.