important-dates-570x230Dati Importanti fil-Parroċċa

 Il-Ġimgħa, 29 ta’ Jannar 2016

Wara l-quddiesa ta’ filghaxija ikun hawn Adorazzjoni ta’ Radd il-Ħajr għad-Don tal-Fidi f’Malta, immexxijja mill-Aħwa Franġiskani Sekulari.

 L-Erbgħa, 10 ta’ Frar 2016 – Ras ir-Randan: SAWM U ASTINENZA

Il-quddiesa kollu jkun bħal ta’ fost il-ġimgħa. Fil-5.15 ta’ filgħaxija issir il-Via Sagra fil-Knisja u wara jitkantaw is-Salmi ta’ filgħaxija. Fis-6 ta’ filgħaxija jkun hemm Quddiesa konċelebrata bir-Rit Penitenzjali

 Il-Ħamis, 11 ta’ Frar 2016 – L-Ewwel Dehra ta’ Lourdes

Niċċelebraw Jum il-Morda. Ikun hemm id-dilka tal-morda waqt il-quddiesa tad-9 ta’ filgħodu u waqt il-quddiesa ta’ filgħaxija. Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, jingħad ir-Rużarju aux flambeaux madwar it-toroq tal-Parroċċa.

 Il-Ġimgħa, 12 ta’ Frar 2016

Laqgħa ta’ Formazzjoni għall-membri tal-Għaqdiet tal-Parroċċa tagħna. Din ser issir fiċ-Ċentru Sant’Antnin wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.

 Il-Ġimgħa, 19 ta’ Frar 2016

Fil-Knisja ser jiġu saċerdoti mill-Parroċċi l-oħra ta’ Tas-Sliema biex jamministraw is-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni. Din hija inizjattiva tal-Unità.

 L-Erbgħa 24 ta’ Frar 2016

Ser isir l-ewwel pellegrinaġġ għas-Sena tal-Ħniena mill-Parroċċa tagħna. Fl-10 ta’ filgħodu kulħadd jiltaqa’ ħdejn il-mina tal-Isla u nimxu sal-Oratorju tar-Redentur. Ikun hemm ħin għall-qrar u fil-11 ta’ filgħodu issir il-quddiesa.

 Il-Ġimgħa, 11 ta’ Marzu 2016

Ser isir pellegrinaġġ ieħor għas-Sena tal-Ħniena mill-Parroċċa tagħna, din id-darba filgħaxija fil-Kattidral tal-Imdina fejn ikun hemm Ċelebrazzjoni Penitenzjali. Tluq fis-6pm mill-ex Savoy Terminus.

 Il-Ħadd, 13 ta’ Marzu 2016

Maratona ta’ Talb, Sawm u Penitenza b’risq id-Dar tal-Providenza. Din ser issir fiċ-Ċentru Sant’Antnin bejn id-9 ta’ filgħodu u s-6 ta’ filgħaxija.

Fil-5 ta’ Frar (il-Ġimgħa) ser issir laqgħa qasira għall-mexxejja kollha tal-Għaqdiet tal-Parroċċa dwar din il-

 L-Erbgħa, 18 ta’ Mejju 2016

Isir it-tieni pellegrinaġġ għas-Sena tal-Ħniena mill-Parroċċa tagħna għas-Santwarju tal-Mellieħa. Dettalji jingħataw aktar tard.