Ordni Franġiskan Sekular

121130 of 213 items

Il-ward huwa simbolu tal-imhabba – Tony Mahoney

by Administrator

Il-pagani kienu jinkoronaw l-istatwi tal-allat taghhom bil-kuruni tal-ward. Ghaliex? Ghax il-ward ghalihom kienu simbolu ta’dak li ghandhom f’qalbhom. It-tfajliet vergni, kristjani,  li meta kienu jgorruhom fil-Kolossew ghall-martirju, kienu jilbsu qieshom gharajjes dakinhar tat-tieg. U kienu jilbsu fuq rashom kuruna tal-ward. Kienu jafu, li wara l-mewt sa jiltaqghu mas-Sultan tas-slaten kollha … ma’ Kristu. Wara l-martirju, […]

It-Talba tal-Missierna – Bridgitte Attard

by Administrator

Maħbubin ħuti fi Kristu u San Franġisk Fost il-kotba li qrajt matul il-jiem sħan u twal tas-sajf, ‘Ġesu ta’ Nażaret’ ta’ Papa Benedettu XVI inspirani li naqsam magħkom xi ftit ħsibijiet tal-Papa Emeritus fuq it-talb u t-talba tal-Missierna. It-talb, li huwa kliem ta’ mħabba bejna u bejn Alla, m’għandux ikun okkażżjoni biex nidhru, imma jirrekjedi […]

Alla taghna huwa aktar qawwi minn kull pandemija – Peter Darmanin

by Administrator

Gheziez huti fl-Ordni Frangiskan Sekular,Ilna issa seba’ xhur “maqfula fic-cenaklu” minhabba l-pandemija Covis-19. Seba’ xhur li matulhom il-laqgha taghna ta’ kull nhar ta’ Tlieta kellna kontra qalbna niccahhdu minnha u nikkuntentaw biss b’messagg virtwali li ghal xi whud ma wasalx ghandhom minhabba li ma ghandhomx access ghall-internet.Din is-sitwazzjoni sewdet qalb kulhadd ghax il-laqghat taghna ta’ […]

Nitolbu r-Ruzarju u nhallu lilha tiehu hsieb il-problemi taghna – Cecilia Attard

by Administrator

Gheziez Huti f’San Frangisk, Kif kien qed joqrob ix-xaghar ta’ Ottubru, ix-xaghar tar-Ruzarju, gietni l-kurzita biex insir naf ftit aktar kif u meta bdiet l-uzanza li jinghad ir-Ruzarju, kif u meta nghaqdu il-versi flimkien tas-Sliema u l-Qaddisa u taghrif iehor dwar il-Missierna. It-talba tal-Missierna nafu li gejja diretta mill-Imghallem taghna stess Sidna Gesu Kristu li, […]

In-nota stunata – Tony Mahoney

by Administrator

Kien sbieħ-il jum fil-Ġnien ta’ Eden. Ir-raġġi b’subajgħom twal roża jdawwlu kullimkien. Il-qtar tan-nida fuq il-weraq jsiru ġawhar. Atmosfera ta’ ferħ kullimkien; tara ż-żagħar tal-iljun jilagħbu mal-ħaruf; il-lupu jilgħab mal-gidi; il-leoparda titmelles mal-mogħoża; il-baqra tredda ż-żagħar tal-iljun; l-agħsafar ibejtu liċ-ċkejknin tagħhom fil-bejtit tas-sriep. Kulħadd paċi ma’ kulħadd. Tassew Ġenna tal-art. Din kienet ix-xena ta’ kuljum, […]

Kulhadd dahal f’qoxortu b’modi differenti – Pauline Darmanin

by Administrator

Gheziez hbieb,Kien hemm zmien meta konna bdejna nserrhu xi ftit mohhna li l-Coronavirus se jibda jbatti! Ma tantx domna sakemm in-numri regghu bdew telghin. Daqsxejn ta mikrobu li ma jidhirx, hlief taht il-mikroskopju fil-laboratorju u gab id-dinja gharkubtejha! Thassru pjanijiet ta’ safar, ta’ tigijiet, ta’ attivitajiet, ghalqu postijiet tax-xoghol, l-edukazzjoni ta’ tfal u zghazagh hadet […]

Taghliema kbira – Joe Gatt

by Administrator

Għeżież ħuti f’San Franġisk, Ivan, tfajjel waħdieni, bin biljunarju imrobbi ma’ ġenituri divorzjati, u allura jqatta’ ġimgħa ma’ ommu u ġimgħa ma’ missieru, kien jgħix ħajja lussuża u imfissda. Il-ġenituri jimpikaw bejniethom minn min ifissed fih l-aktar. Darba il-missier ħass li Ivan qatt ma wera apprezzament ta’ kull ma għandu u qatt ma semgħu għid […]

Il-Vitorja – Peter Darmanin

by Administrator

IL-VITORJA Huti fl-ispirtu Frangiskan, Ghaddew sitt xhur mill-ahhar laqgha taghna flimkien u kemm baqa’ ma nafux. Nafu zgur, kif jghid il-Malti, li kull deni hudu b’gid. Imma hemm bzonn ta’ doza qawwija ta’ fidi f’Dak li triqatu m’humiex it-triqat taghna. Jiena personalment nemmen li b’rizultat tal-epidemija Covid-19, il-Fraternita taghna skoprit talent kbir fost il-membri taghna […]

Xi tfisser għalija li nkun parti minn din il-familja Franġiskana – Mariella Spiteri Gonzi

by Administrator

Għeżież ħuti Franġiskani, Il-paċi magħkom. Kemm ħadt pjaċir meta Peter ċempilli biex nikteb messaġġ żgħir lil ħuti ta’ OFS! Meta ngħaqadt mal-familja tal-OFS ħassejtni mhux biss parti minn familja magħquda imma ukoll parti minn grupp tan-nies li għandhom l-istess għan. Għalhekk ħassejt il-vojt f’dawn ix-xhur li ma stajniex niltaqgħu kull nhar ta’ Tlieta. Xtaqt li […]

Il-holm… dejjem ikun holm – Tony Mahoney

by Administrator

IL-ĦOLM… DEJJEM IKUN ĦOLM? Ftit huma dawk li ma jħobbux il-ġobon, l-aktar daż-żmien meta għandna għażla kbira ta’ dan l-ikel: gruyere, mascarpone, parmiġġjan, brie, feta, gouda, emmental, cheddar, mozzarella u ħafna oħrajn. Interessanti ħafna hija dak li qal Alfred Hitchcock, il-magħruf drammaturgu. Darba stqarr li qabel jorqod kien jiekol ħafna ġobon għax permezz t’hekk kien […]