AĦBARIJIET TAL-PARROĊĊA – IL-ĦADD, 10 TA’ JANNAR, 2016
It-Tnejn : Fis-6.30 pm ser jiltaqa’ l-kor parrokkjali. It-Tlieta: Fis-6.00pm ser nibdew inżuru u nbierku l-parruċċani li joqgħodu fi Triq Ganni Bencini. L-Erbgħa: Fis-7.30 pm ser jibda l-Kors ta’ Kana fiċ-Ċentru Parrokkjali. Il-Ħamis : Fis-7.00 p.m. ser issir taħdita minn Dun Hector Scerri dwar “Il-Mixja għall-Għaqda tal-Knejjes Insara”, fiċ-Ċentru Titu Brandsma, Triq Scicluna (fil-Parroċċa tal-Balluta). […]
