Fr Alex Borg OFMGrazzi ħafna mill-qalb lil dawk kollha li għenu fil-Quddiesa tal-Ġriżma tal-Isqof u fis-servizz tal-website tal-Parroċċa tagħna, b’libsa ġdida li bdiet taħdem mill-lum u li nħeġġukom biex taċċessawha fuq http://sacrocuorsliema.com/.

Illum se jinfetaħ il-Bieb tal-Ħniena fil-Katidral tal-Imdina minn Mons. Arċisqof. Niltaqgħu fil-5.30 pm ħdejn il-Knisja ta’ S. Mark, ir-Rabat.

It-Tnejn: Fiċ-Ċentru Parrokkjali se tibda n-Novena tal-Milied tat-Tfal fil-5.15 pm. Il-ġenituri huma mistiedna wkoll. Aktar tagħrif jinsab fin-noticeboard.

It-Tlieta: Illum tibda n-Novena tal-Milied għal kulħadd. Fil-5.15pm, quddiem Ġesu espost jingħad ir-Rużarju, jitkantaw is-Salmi u Quddiesa bi ħsieb qasir fis-6.00 pm.

It-Tlieta wkoll ser tiġi organizzata ħarġa għall-anzjani, fejn se mmorru d-Danish Village. Tluq fid-9.00 am u biljetti mingħand il-membri tal-Kummissjoni Anzjani.

Il-membri tal-O.F.S. huma mħeġġa biex jattendu n-Novena tal-Milied u l-laqgħa tas-soltu.

Fil-kappella ta’ S. Girolmu hemm is-Sigra tal-Imħabba. B’xirja żgħira tkun qed tgħin familja fil-bżonn li toqgħod fil-parroċċa tagħna.