Illum hija l-Festa tal-Familja Mqaddsa. Il-Quddiesa tad-9.30am ser issir minn Fr Ray Toledo u ser tkun animata mill-grupp ‘Belong.’ Għaliha qed jiġu mistiedna l-familji li għadhom qed irabbu t-tfal. Wara ser ikollhom laqgħa soċjali fiċ-Ċentru Parrokkjali.
It-Tlieta, L-Erbgħa u l-Ħamis – il-Kwaranturi. Ġesu Sagramentat ser ikun espost mid-9.30am sal-11.30am. L-Adorazzjoni tat-Tlieta filgħodu ser tkun animata mis-Sur Joe Fenech, membru tal-M.U.S.E.U.M. Fil-jiem l-oħra l-adorazzjoni ser tkun animata minn żewġ parruċċani. Filgħaxija wara l-quddiesa tas-6.00pm, nitolbu l-Għasar u tingħata l-Barka Sagramentali. Inħeġġu lil kulħadd biex isib ħin ta’ adorazzjoni.
Il-Ħamis – l-Aħħar tas-Sena: Ser ikun hawn Quddiesa fil-5.00pm. Fil-quddiesa tas-6.30pm jitkanta t-Te Deum bħala radd il-ħajr lil Alla għal dak kollu li għamel magħna matul din is-sena li tkun għaddiet.
Il-Ġimgħa – l-Ewwel tas-Sena: Jum iddedikat lill-Imqaddsa Omm Alla u Jum il-Paċi. Jaħbat ukoll l-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Il-Quddies ikun bħal tal-Ħdud.
F’isem il-Fraternità Franġiskana u dik Parrokkjali nawguraw lil kulħadd is-Sena t-Tajba 2016 mimlija bil-Paċi u Ġid.
0 Comments